Il-veru poter huwa s-servizz

It-talba għall-vittmi tat-tornado f’Oklahoma

It-Tlieta, 21ta’ Mejju 2013

 

 

Il-veru poter huwa s-servizz. Kunċett li l-Papa Francesco diġa esprima f’okkażjonijiet oħra u li dalgħodu, it-Tlieta 21 ta’ Mejju, reġà lura għalih waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, waqt li kien qed jikkummenta l-pass tal-vanġelu ta’ Marku (9, 30-37) ipproklamat fil-kors tal-liturġija. L-eku tal-aħbarijiet traġiċi li waslu mill-Istati Uniti - fejn tornado qawwi ħarbar lil Oklahoma City - dwew waqt iċ-ċelebrazzjoni fil-mument tat-talb tal-fidili, meta l-Papa fil-konklużjoni dawwar ħsiebu propjy fuq il-vittmi ta’ din il-katastrofi.

Fir-rakkont evanġeliku Ġesù jaqsam il-Galilea flimkien mad-dixxipli tiuegħu u jkellimhom dwar il-passjoni tiegħu: “Bin il-bniedem jingħata f’idejn il-bnedmin li joqtluh,” imma wara tlett ijiem jerġà jqum. “Qed ikellem lid-dixxipli tiegħu - spjega il-Qdusija Tiegħu - dwar din ir-realtà, dwar dak li hu kellu jagħmel, dwar is-servizz tiegħu, dwqar il-passjoni. Iżda huma dan il-kliem ma fehmuhx; huma kienu f’orbita oħra, kienu qegħdin jiddiskutu bejniethom. U l-Mulej dan kien jafu.” Tant hu hekk, li meta waslu Kafarnaw, “staqsihom: dwar xiex kontu qegħdin tiddiskutu tul it-triq?.” U huma “siktu” bil-mistħija. Tul it-triq infatti kienu ddiskutew bejniethom minn kien l-ikbar.

“Il-ġlieda għall-poter fil-Knisja - saħaq il-Papa waqt li kkumenta l-episodju - mhux xi ħaġa tallum, eh? Bdiet propju hemm ma’ Ġesù.”: waqt li l-Mulej kien qed jitkellem dwar il-Passjoni, id-dixxipli ħasbu li jiddiskutu dwar min fosthom kien l-iktar importanti, hekk li jkun jistħoqqlu “l-ikbar biċċa” ta’ dik li l-Papa qabbel ma kejk biex jinqasam. Imma fil-Knisja m’gfħandux ikun hekk. Il-Qdusija Tiegħu reġà tennieh waqt li kkwota pass ieħor mill-vanġelu ta’ Mattew (20, 25-26) li fih Ġesù jispjega lid-dixxipli x’inhu s-sens veru tal-poter: “Il-mexxejja tan-nazzjonijiet jissottomettu l-popli tagħhom u jġagħluhom iħossu il-poter tagħhom....Imma fostkom m’għandux ikun hekk. Din hija ċ-ċavetta: fostna m’għandux ikun hekk.” Tenna l-isqof ta’ Ruma. Mela fl-ottika tal-Vanġelu, “il-ġlieda għall-poter fil-Knisja m’għandhiex teżisti. Jew, jekk irridu, li tkun il-ġlieda gl-poter tassew, jiġifieri dak li hu, bl-eżempju tiegħu, għallimna: il-poter tas-servizz. Il-veru poter huwa s-servizz. Bħal ma għamel hu, li ġie mhux biex ikun moqdi, imma biex jaqdi. U s-servizz tiegħu kien propju servizz ta’ salib: huwa tbaxxa, sal-mewt, mewt ta’ salib, għalina; biex jaqdina, biex isalvana.”

Fil-Knisja m’hemmx triq oħra biex nimxu ‘l quddiem. “Għan-nisrani - saħaq il-Papa - li tmur ‘l quddiem, tavanza, ifisser titbaxxa. Jekk aħna ma nitgħallmux din ir-regola nisranija, qatt ma nistgħu nifhmu il-veru messaġġ nisrani dwar il-poter. U “fil-Knisja l-ikbar huwa dak li l-iktar jaqdi, li huwa l-iktar għas-servizz tal-oħrajn. Din hija r-regola. Imma minn dak iż-żmien sallum il-ġlied għall-poter” ma jonqosx fil-Knisja.

Il-Papa mbagħad għamel aċċenn fuq il-lingwaġġ li normalment juża meta jkun irid isostni l-passaġġi dwar il-karriera: “Meta persuna jagħtuha kariga li dkont għajnejn id-dinja tkun kariga superjuri, jgħidu: Ah, din il-mara għamluha president ta’ dik l-għaqda; u dan ir-raġel ingħata promozzjoni.” Tippromwovi: “iva - ikkummenta - verb tassew sabiħ. U hemm bżonn jintuża fil-Knisja, iva: dan kien promoss għas-salib; dan kien promoss għall-umiljazzjoni. Din hija l-vera promozzjoni. Dik li ġgibna nixbħu aħjar lil Ġesù.” San Injazju, fl-Eżerċizzi Spiritwali, igegħlna nitobu lill-Mulej imsallab il-grazzja tal-umiljazzjoni: “Mulej irrid inkun umiljat, sabiex inkun nixbaħ a lilek. Din hija l-imħabba, huwa l-poter tas-servizz fil-Knisja. U jaqdu aħjar lill-oħrajn tul it-triq ta’ Ġesù” qal il-Papa.

Tipi oħra ta’ promozzjoni ma jappertenux lil Ġesù. Huma promozzjonijiet definiti mill-Papa “mondani” u ilhom jeżistu minn żmien l-istess Ġesù. “Dejjem kienu hemm fil-Knisja - reġà tenna -  ċimi biex naslu iktar fil-għoli,

ie qualcosa. “Imma din mhix triq il-Mulej. Triq il-Mulej hija s-servizz tiegħu. Bħal ma hu għamel is-servizz tiegħu, aħna rridu nmorru warajh fil-mixja tas-servizz. Dan huwa l-veru poter fil-Knisja. Illum jien irrid nitlob għalina lkoll, sabiex il-Mulej jagħtina l-grazzja li nifhmu li l-veru poter fil-Knisja huwa s-servizz u wkoll biex nifhmu r-regola tad-deheb li għallimna hu bl-eżempju tiegħu: għal nisrani li tavanza, tmur ‘l quddiem, ifisser titbaxxa” temm jgħid il-Papa.

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.