Nitolbu lil Missierna

Il-Ħamis, 20 ta’ Ġunju 2013

 

Mhemmx bżonn ta’ ħela ta’ ħafna kliem biex titlob: il-Mulej jaf dak li rridu ngħidulu. L-importanti hu li l-ewwel kelma tat-talba tagħna tkun “Missier.” Huwa l-parir ta’ Ġesù lill-appostli dak rilanċjat mill-Papa Francesco dalgħodu, il-Ħamis 20 ta’ Ġunju, waqt il-quddiesa preseduta fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, ikkonċelebrata fost l-oħrajn mill-kardinal Zenon grocholewski, Prefett tal-Kongregazzjoni gHall-Edukazzjoni Kattolika, li kien qed jakkumpanja grupp ta’ kollaboraturi tad-dikasteru.

Mela l-Papa tenna r-rakkomandazzjonijiet ta’ Ġesù fil-waqt li fih għallem lill-appostli il-Missierna, skont ir-rakkont tal-evanġelista Mattew (6, 7-15). Biex titlob, qal fis-sustanza l-Papa, mhemmx bżonn tagħmel storbju u lanqas ma taħseb li jkun aħjar li taħli ruxxmata paroli. Mhemmx bżonn li tiddependi fuq l-istorbju, fuq l-istorbju tal-mondanità individwat minn Ġesù fil-“tara li ddoqq it-trumbetta” jew f’”dik is-sentenza li turi l-jum tas-sawm.” Biex titlob, irripeta, mhemmx bżonn l-istorbju tal-vanità: Ġesù qal li din hija mġiba propju tal-pagani.

Il-Papa Francesco mar ukoll ‘l hemm minn dan, billi stqarr li t-talb m’għandux ikun meqjus bħala xi formula maġika: “It-talb mhux xi ħaġa maġika; ma jsirux sħarijiet bit-talb.” Waqt li rrakkonta, kif spiss jagħmel, l-esperjenza personali tiegħu, qal li hu qatt ma rrikorra għand sħaħar li jwegħdu l-maġija imma li hu sar jaf xi jseħħ f’laqgħat ta’ dan it-tip: jaħlu tant paroli biex jiksbu “issa l-fejqan, issa xi ħaġa oħra” bl-għajnuna tal-maġija. Imma wissa, “dan huwa pagan.”

Kif allura għandek titlob? Huwa Ġesù li għallimulna dan: “Jgħid li l-Missier li jinsab fis-smewwiet “jaf x’għandkom bżonn, qabel ma intom titolbuhulu.”  Mela l-ewwel kelma tkun “Missier.” Din hija ċ-ċavetta tat-talb. Bla ma tgħid, bla ma tismà din il-kelma, ma tistax titlob” spjega l-isqof ta’ Ruma. U staqsa lili nnifsu: “Lil min nitlob? Lil Alla Omnipotenti? Jinsab wisq ‘il bogħod. Jien dan ma nisimgħux, Ġesù lanqas kien jisimgħu. Lil min nitlob? Lil Alla kożmiku? Ftit tal-moda f’dawn il-jiem, le? Nitlob lil Alla kożmiku. Din il-moda politeista li qed tasal ma’ kultura superfiċjali.”

Hemm bżonn li minflok “nitolbu lill-Missier”, dak li ġġenerana. Imma mhux biss: hemm bżonn li nitolbu lil Missierna, jiġifieri mhux il-Missier ta’ xi “kulħadd” ġeneriku u anonimu żżejjed, imma dak li ġgenerak, li tak ħajtek, lilek, lili,” bħala persuna singola, spjega l-Papa. Huwa l-Missier “li jakkumpanjak fil-mixja tiegħek,” dak li “jaf ħajtek kollha, kollha;” dak li jaf dak “li huwa tajjeb għalik u dak li ma tantx hu tajjeb.” Imma mhux biżżejjed: “Jekk ma nibdewx it-talb - sostna - b’din il-kelma mhux migħuda b’xuftejna, imma migħuda b’qalbna, ma nistgħux nitolbu bħall-insara.”

U biex jispjega iktar aħjar is-sens tal-kelma “Missier” il-Papa reġà ppropona l-atteġġjament fiduċjuż li bih Iżakk - “dan it-tfajjel ta’ tnejn u għoxrin sena ma kienx xi iblah” sostna l-Papa - idur fuq missieru meta jintebaħ li mhemmx ħaruf x’jiġi ssagrifikat u jitwieled fih is-suspett li kien hu stess il-vittma sagrifikali: “Ried jagħmel il-mistoqsija u l-Bibbja tgħidilna li hu qal: “Missier, jonqos il-ħarufa.” Imma fada f’dak li kien hemm wieqaf ħdejn. Kien missieru. Il-preokkupazzjoni tiegħu, jiġifieri “ma nagħmlux li hija jien il-ħarufa?” tefagħha fil-qalb ta’ missieru.”

Huwa dan ukoll li jseħħ fil-parabbola tal-iben li jxerred l-eredità “imma mbagħad jerġa lura d-dar u jgħid: “Missier dnibt.” Hija ċ-ċavetta ta’ kull talba: inħossuna maħbubin minn missier;” u aħna għandna “Missier, ferm qrib tagħna, li jħaddanna miegħu” u li għalih nistgħu nħallu l-inkwiet kollu tagħna għaliex “huwa jaf dak kollu li ninħtieġu.

Imma — staqsa iktar il-Papa — huwa “missier tiegħi biss?” U wieġeb: “Le huwa Missierna, għaliex jien miniex tifel uniku. Ħadd minna mhu. Jekk jien ma nistax inkun ħu, diffiċilment li nistà nsir iben dan il-Missier, għaliex huwa sikur Missieri, imma huwa wkoll tal-oħrajn, ta’ ħuti.” Minn dan, kompla, joħroġ li “jekk jien miniex paċi ma’ ħuti, ma nistax ngħidlu Missieri. U għalhekk wieħed jispjega kif Ġesù, wara li għallimna l-Missierna, jgħid minnufih: “Infatti jekk intom taħfru lill-oħrajn ħtijiethom, Missierkom li huwa fis-sema jaħfrilkom ukoll; imma jekk intom ma taħfrux lill-oħrajn, lanqas il-Missier ma jaħfrilkom ħtijietkom.”

Tidħol fin-nofs il-maħfra. Imma “huwa ferm diffiċli li naħfru lill-oħrajn” irripeta l-Qdusija Tiegħu; huwa diffiċli tassew, għaliex aħna ġewwa fina nġorru dejjem id-dispjaċir għal dak li jkunu għamlulna, għat-tort li soffrejna. Ma nistgħuxnitolbu waqt li nżommu f’qalbna risentiment għall-għedewwa tagħna. “Dan - sostna l-Papa - huwa diffiċli. Iva huwa diffiċli, mhux faċli.” Imma, ikkonkluda, “Ġesù wegħdna l-Ispirtu Santu. Huwa hu li jgħallimna minn ġewwa, mill-qalb, kif ngħidu “Missier” u kif ngħidu “tagħna” u kif ngħidulu: “waqt li nagħmlu paċi mal-għedewwa kollha tagħna.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.