Biex ma nċedux għat-tentazzjoni tal-iskandlu

l-insara “satelliti” ma jkabbrux il-Knisja

Is-Sibt, 20 ta’ April 2013

Knisja magħmula minn insara ħielsa mit-tentazzjoni li jgergru kontra Ġesù “esiġenti wisq,” imma fuq kollox ħielsa mit-“tentazzjoni tal-iskandlu,” u Knisja li tissaħħaħ, timxi u tikber għal għonq it-triq indikata minn Ġesù. Huwa għal din il-Knisja li, nhar is-Sibt filgħodu, 20 ta’ April, il-Papa Franġisku talab biex jitolbu waqt il-quddiesa ċcelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Kienu preżenti mal-għoxrin voluntarju li jaħdmu fid-dispensarju pedjatriku Santa Marta fil-Vatikan u numru kbir ta’ familji. Fost il-konċelebranti monsinjur Antonius Lambertus Maria Hurkmans, Isqof ta’ ’s-Hertogenbosch, u l-awżiljarju tiegħu u vigarju ġenerali Monsinjur Robertus Gerardus Leonia Maria Mutsaerts.

L-eżortazzjoni tal-Papa kienet il-konklużjoni tar-riflessjoni fuq il-qari tal-liturġija tal-jum proposta waqt l-omelija. “Is-silta mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli [9, 31-42] - beda - tirrakkontalna xena tal-Knisja, li kienet fil-paċi. Kienet fil-paċi fil-Ġudea, fil-Galilea u fis Samarija kollha. Waqt ta’ paċi. U tgħid ukoll dan: ‘Kienet tissaħħah, timxi u tikber’.” Kienet Knisja li kienet ġarrbet il-persekuzzjoni imma li f’dak il-perijodu kienet qed tissaħħaħ, timxi ‘l quddiem u tikber. Il-Papa Franġisku ippuntwalizza li hija propju din il-ħajja tal-Knisja, li “hemm bżonn li tkun hekk: tissaħħaħ, timxi u tikber.” U sabiex dan ikun possibbli, “hemm bżonn li nagħmlu ftehim, hemm bżonn li nagħmlu negozjati, hemm bżonn li nagħmlu tant ħwejjeġ, le?”

Imma — staqsa l-Papa- kif tissaħħaħ, timxi u tikber? “Fil-biżà tal-Mulej u bil-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu” kienet it-tweġiba tiegħu. Dan huwa l-ambitu li fih timxi l-Knisja, in-nifs li tieħu “waqt li timxi fil-biżà tal-Mulej u bil-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu.” U dan huwa propju dak li “Alla fil-bidu kien talab lil Missierna Abraham: ‘Imxi fil-preżenza tiegħi u kun inkorruttibli.’ Huwa stil tal-Knisja. Timxi fil-biżà ta’ Alla. Huwa ftit jew wisq is-sens tal-adorazzjoni, il-preżenza ta’ Alla, le? Il-Knisja hekk timxi u meta nkunu fil-preżenza ta’ Alla ma nagħmlux ħwejjeġ koroh lanqas ma nieħdu deċiżjonijiet koroh. Ninsabu quddiem Alla. Ukoll bil-ferħ u bil-kuntentizza. Din hija l-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu, jiġifieri ir-rigal li l-Mulej tana. Din il-konsolazzjoni ġġiegħlna navanzaw.

Il-Papa mbagħad għamel riferiment għall-vanġelu ta’ Ġwanni (6, 60-69) li fiħ naqraw espressjonijiet partikulari mqanqla minn żewġ verbi:  tgerger u tiskandalizza. Tgerger u tiskandalizza.” Uħud telqu minn hemm waqt li qalu: “ ‘Dan ir-raġel huwa ftit jew wisq speċjali; jgħid affarijiet li huma iebsa u aħna ma nistgħux.... Huwa riskju kbir wisq timxi għal għonq din it-triq. Għandna sens floku, eh? Nimxu ftit lura u mhux daqshekk qribu.’ Dawk,jistà jkun, kellhom ċerta ammirazzjoni għal Ġesù, imma ftit mill-bogħod: ma nitħalltux wisq ma’ dan ir-raġel, gHaliex jgħid affarijiet ftit jew wisq strambi. Dawk ma jissaħħux fil-Knisja, ma jimxux għall-preżenza ta’ Alla, m’għandhomx il-konsolazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, ma jgħinux biex il-Knisja tikber. Huma biss insara ta’ sens tajjeb: iżommu d-distanzi. Insara, biex ngħiduha hekk, satelliti, li għandhom Knisja ċkejkna, tad-daqs tagħhom. Biex ngħiduha bil-kliem propju ta’ Ġesù fl-Apokalissi, insara bierda.”

Il-bruda li tiġi fil-Knisja hija dik ta’ min jimxi biss billi jsegwi s-sens tajjeb tiegħu, li spiss jikkoinċidi mas-sens komun. Dawn huma dawk li jimxu bi prudenza li l-Papa ma ħasibhiex darbtejn biex iddefiniha bħala “prudenza mondana”, tentazzjoni għal bosta. “Naħseb - żied il-Papa - għal bosta fost ħutna li f’dan il-waqt, propju f’dan il-waqt, qed jagħtu xhieda tal-isem ta’ Ġesù, saħansitra sal-martirju . Dawn mhumiex insara satelliti, dawn imorru flimkien ma’ Ġesù, għal għonq it-triq ta’ Ġesù. Dawn jafu perfettament dak li Pietru jgħid lill-Mulej, meta l-Mulej jagħmillu l-mistoqsija: ‘Ukoll intom tridu tmorru, tkunu nsara satelliti?’ Iwieġvu Xmun Pietru: ‘Mulej, għand min tridna nmorru? Int għandek il-kelma tal-ħajja ta’ dejjem.’ Hekk minn grupp kbir, isir grupp daqsxejn żgħir, imma minn dawk li jafu perfettament li ma jistgħux imorru band’oħra, għaliex ħuwa biss, il-Mulej, li għandu l-kelmsa tal-ħajja eterna.”

Nimxu ma’ Ġesù, mela, mingħajr biżà għal- għonq it-triq indikata minnu. Din hija l-istedina tal-Papa Franġisku li fi tmiem l-omelija talab biex nitolbu matul il-quddiesa “għall-Knisja, sabiex tkompli tikber, tissaħħaħ u timxi fil-biżà ta’ Alla u bil-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu. Li l-Mulej jeġlisna mit-tentazzjoni ta’ dak ‘is-sens tajjeb;’ mit-tentazzjoni tat-tgergir kontra Ġesù, għaliex huwa wisq esiġenti; u mit-tentazzjoni tal-iskandlu.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.