Il-grazzja tal-ferħ u tal-ġenerożità

L-Erbgħa, 19 ta’ Ġunju 2013

 

“Intellettwali mingħajr talent, etiċi mingħajr tjubija, possessuri ta’ sbuħija ta’ mużew:” huma dawn il-kategoriji li Ġesù tant iċanfar.” Indikahom il-Papa Francesco fil-quddiesa tal-Erbgħa filgħodu, 19 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, waqt li waqaf fuq l-ipokresija li hemm ukoll fil-Knisja u fuq il-ħażen li din tipproduċi. Miegħu kkonċelebraw, fost l-oħrajn, il-kardinal Marc Ouellet, prefett tal-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, u l-arċisqof Vincenzo Paglia, president tal-Kunsill Pontifiċju għall-Familja, li akkumpanjaw żewġ gruppi ta’ offiċcjali u kollaboraturi tad-dikasteri rispettivi.

Fl-omelija l-Papa fakkar li “l-Mulej diversi drabi fil-vanġelu jitkellem dwar l-ipokresija” u “kontra l-ipokriti,” waqt li elenka it-tliet episodji l-iktar sinifikattivi. L-ewwel meta l-fariżej riedu jippruvaw lil Ġesù, billi staqsewh dwar jekk kienx sew li jħallsu t-taxxi lil Ċesare (Mattew 22, 15-22); it-tieni meta s-saduċej ressqulu l-każ tal-mara armla sebà darbiet (Mattew 22, 24-30). Minn dawn l-ewwel episodji toħroġ għall-Papa kategorija speċifika ta’ ipokriti: dawk li “jinxteħtu fit-triq tal-każistika” u b’dan il-mod “riedu jdaħħlu f’nassa lil Ġesù.”

It-tielet darba li fiha jirriferi għall-ipokriti - b’mod “ferm iktar qawwi” innota l-Qdusija Tiegħu - huwa fil-kapitolu 23 tal-vanġelu ta’ Mattew, meta Kristu jdur fuq l-iskribi u l-fariżej b’revoka li l-Papa ġabar hekk: “Ipokriti, intom li ma tidħlux fir-renju tas-sema, ma tħallux lill-oħrajn jidħlu; ipokriti intom li tkabbru il-filatteriji u ttawlu l-ġmiemen.” Din it-tipoloġija ta’ ipokriti tidħol għall-Papa Francesco f’tieni kategorija: dik ta’ dawk li jmorru fit-triq tal-preċetti, permezz ta’ “tant preċetti li minħabba fihom il-kelma ta’ Alla ma tidhirx fertili;” u  “kif ukoll fit-triq tal-vanità,” dik tal-filatteriji u tal-ġmiemen. “Isiru vanitużi u jispiċċaw biex jirrendu ruħhom ridikoli,” ikkummenta.

Insomma — ġabar fil-qosor ħsibijiet l-Qdusija Tiegħu — «tal-ewwel huma l-ipokriti tal-każistika, huma ntellettwali tal-każistika,” li “m’għandhomx l-intelliġenza li jiskopru, li jispjegaw lil Alla; jibqgħu biss fil-“każistika: s’hawn jistgħu, s’hawn ma jistgħux.” Dawn huma, qal waqt li attwalizza diskorsu, “insara ntellettwali mingħajr talent.” Tat-tieni mill-banda l-oħra huma dawk tal-preċetti, li “jwasslu lill-Poplu ta’ Alla fi triq li ma tinfidx. Huma etiċisti mingħajr tjubija. Ma jafux xinhi tjubija. Huma etiċisti: trid tagħmel dan, dan u dan....Jimlew bil-preċetti” imma “mingħajr tjubija.” Jiżżejnu bi “drappijiet, tant affarijiet biex taparsi jidhru majjestużi, perfetti;” u madankollu “m’għandhomx sens tas=sbuħija. Jaslu biss sa sbuħija tal-mużewijiet.”

Imma — wissa l-Papa Francesco — «l-istorja ma tintemmx». U fil-vanġelu tal-jum (Mattew 6, 1-6. 16-18) “il-Mulej tkellem dwar klassi oħra ta’ ipokriti, dawk li jimxu fuq is-sagru.” Dan il-każ, wissa, huwa l-iktar gravi, giex imiss mad-dnub kontra l-Ispirtu Santu. “Il-Mulej - qal - jitkellem dwar is-sawm, dwar it-talb u dwar il-karità: it-tliet pilastri tal-ħniena nisranija, tal-konversjoni interjuri li l-Knisja tipproponilna lkoll fir-Randan. U f’din it-triq hemm l-ipokriti, li jiftaħru li jsumu, li jagħmlu karità, li jitolbu. Jien naħseb li meta l-ipokresija tasal f’dak il-punt, fir-relazzjoni ma’ Alla aħna nkunu ferm qrib id-dnub kontra l-Ispirtu Santu. Dawn ma jasfux bi sbuħija, dawn ma jafux l-imħabba, dawn ma jafux b’verità; huma ċkejknin, vili.”

Madankollu mhux kollox huwa mitluf. Għajnuna biex tinqabad “it-triq kuntrarja” jiġi minn dak li jgħid Pawlu fl-ewwel qari (2 Korintin 9, 6-11). L-appostlu infatti, kompla l-Qdusija Tiegħu, “ikellimna dwar wisà, dwar ferħ. Aħna lkoll għat-tentazzjoni tal-ipokresija. Ilkoll. L-insara kollha. Imma lkoll gwkoll il-grazzja, il-grazzja li tiġi minn Ġesù Kristu, il-grazzja tal-ferħ, il-grazzja tal-ġenerożità, tal-wisà.” Mela, jekk l-ipokrita ma jafx xinhu ferħ, ma jafx xinhu wisà, ma jafx xinhi ġenerożità,” Pawlu jindikalna triq alternattiva magħmula propju “minn ferH, minn wisà, minn ġenerożità.”

Minn hawn is-sejħa tal-Papa Francesco “għall-ipokresija fil-Knisja.” “Kemm tagħmel ħażin lil kulħadd!” stqarr. Ukoll għaliex “ilkoll għandna l-possibiltà li nsiru ipokriti.” Għalhekk il-Papa stieden biex naħsbu dwar Ġesù, “li jkellimna biex nitolbu fil-moħbi, li nfewħu rasna f’jum is-sawm u li nġegħlu li tindaqq it-trumbetta meta nwettqu opra tajba.” F’dan, assikura billi kkwota l-parabbola ta’ Ġesù rapportata fil-vanġelu ta’ Luqa (18, 9-14), fit-talba “tagħmlilna tant tajjeb dik l-ikona tant sabiħa tal-pubblikan: ikollok ħniena minni Mulej, jien midneb. U din - ħeġġeg - hija t-talba li jmissna nagħmlu kuljum, fl-għarfien li aħna midimbin, imma bi dnubiet konkreti, mhux teoriċi.”

Fl-istess parabbola, wara kollox, hemm atteġġjament ieħor li għandu jkun evitat, dak tal-fariżew, li l-Papa stigmatizza b’dan il-mod: “Imma Mulej, jien nagħmel dan, jien f’dik l-assoċjazzjoni.... Mhix f’lokha. Għall-kuntrarju - ikkonkluda - “nitolbu lill-Mulej li jsalvana minn kull ipokresija u jagħtina l-grazzja tal-imħabba, tal-wisà, tal-ġenerożità u tal-ferħ.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.