Ix-xejn u l-kollox tan-nisrani

It-Tnejn, 17 ta’ Ġunju 2013

 

 

«Ix-xejn huwa żerriegħa ta’ gwerra, dejjem; għaliex huwa żerriegħa ta’ egoiżmu. Il-kollox. Dak kbir, huwa Ġesù.” Fuq il-fehim korrett ta’ dan il-binomju jinbnew il-manswetudni u l-ġenerożità li jiddistingwu n-nisrani. Dan qalu l-Papa Francesco dalgħodu it-Tnejn 17 ta’ Ġunju, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, ikkonċelebrat ma’ fost oħrajn, mill-kardinal Attilio Nicora, president tal-Aġenzija ta’ informazzjoni finanzjarja (Aif), preżenti grupp ta’ kollaboraturi u ta’ dipendenti tal-Mużewijiet Vatikani.

Waqt li kkummenta l-qari tal-jum - meħud mit-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (6, 1-10) u mill-vanġelu ta’ Mattew (5, 38-42) - il-Papa waqaf fuq is-sinifikat ta’ dak li huwa definit bħala “klassiku” tat-tagħlim evanġeliku, jiġifieri is-sens ta’ kemm Ġesù jgħid rigward id-daqqa ta’ ħarta li huwa rċieva fuq ħadd, għal liema n-nisrani għandu jwieġeb billi joffri l-ħadd l-iewħor. Xi ħaġa, li qal il-Papa, tmur kontra l-loġika tad-dinja, skont liema għal offiża twieġeb b’reazzjoni ugwali u kuntrarja, għaliex “hemm bżonn li niddefendu lilna nfusna, hemm bzonn niġgieldu, hemm bżonn li niddefendu postna. U jekk jagħtuna daqqa ta’ ħarta aħna ntuhom tnejn, hemm niddefendu lilna nfusna. Din hija l-loġika, hija normali, le?”

Imma Ġesù imur ‘l hemm minn dan u jgħid li wara li tkun irċivejt daqqa ta’ ħarta - spjega l-Papa - hemm bżonn li tieqaf mal-ieħor, tiddedikalu ċertu ammont ta’ ħin. U jekk jitolbok xi ħaġa, hemm bżonn li ttih ferm iktar. Din hija l-liġi ta’ Ġesù: Il-ġustizzja li jġib hija ġustizzja oħra, assolitament differenti minn għajn għal għajn, u minn sinna għal sinna.” Il-Qdusija Tiegħu imbagħad ġibed l-attenzjoni fuq il-frażi li biha San Pawl jikkonkludi il-paġna tas-silta moqriha waqt il-liturġija. Għaliex, spjega, “jgħidilna kelma li forsi tgħinna nifħmu s-sinifikat tad-daqqa ta’ ħarta fuq il-ħadd u l-bqija. Jispiċċa, infatti, billi jgfħidilna dan: “Bħal nies li m’għandhom xejn u minflok jippossiedu kollox.”

Huwa dan il-binomju li fuqu l-isqof ta’ Ruma stieden biex nirriflettu: ix-xejn u il-kollox. “Dan - infatti huwa ppreċiża - naħseb li huwa ċ-ċavetta ta’ interpretazzjoni ta’ din il-kelma ta’ Ġesù, iċ-ċavettra biex  ninterpretaw tajjeb dik il-0ġustizzja li Ġesù jitlobna, ġustizzja superjuri għal dik tal-iskribi u tal-fariżej.” Kif tiġi risolta t-tensjoni bejn ix-xejn u l-kollox? Il-kollox jikkostitwixxi s-sikurezza nisranija: “Aħna sikuri li nippossiedu kollox, kollox bil-fidwa ta’ Ġesù Kristu. U Pawlu kien konvint sal-punt li jasal li jgħid: Imma, għalija, dak li jimporta huwa Ġesù Kristu, l-ieħor ma jimpurtax; l-ieħor għalija jistà jintrema. Il-kollox huwa Ġesù Kristu. L-affarijiet l-oħra mhuma xejn għan-nisrani. Mill-banda l-oħra għall-ispirtu tad-dinja il-kollox huma l-affarijiet: il-għana, il-vanità, l-importanza,” u għall-kuntrarju “ix-xejn huwa Ġesù.”

Dan, reġà spjega l-Papa, jiġi espress fil-fatt li jekk nisrani jiġi mitlub għaxra, “hu għandu jagħti mija,” għaliex “għalih il-kollox huwa Ġesù Kristu.” Dan huwa “is-sigriet tal-ġenerożità nisranija, li tmur dejjem mal-manswetudni. In-nisrani huwa persuna li tkabbar qalbha, b’din il-ġenerożità. Għandha il-kollox, li huwa Ġesù Kristu; l-affarijiet l-oħra huma x-xejn. Huma tajbin, iservu, imma filwaqt tal-konfront huwa jagħżel dejjem il-kollox” li huwa Ġesù.

Manswetudni u ġenerożità. Żgur li “li tgħix hekk mhux faċli - ammetta l-Papa - għaliex minnu li jtuk daqqiet ta’ ħarta. U fuq iż-żewġt iħdud.” Imma “ n-nisrani huwa manswet, in-nisrani huwa ġeneruż. Ikabbar qalbu. U meta aħna nsibu nsara b’qalbhom imċekkna,” dan ifisser li qegħdin jgħixu “egoiżmu mmaskrat ta’ kristjaneżnu.” Mill-bqija Ġesù wissiena: “Fittxu l-ewwel is-saltna ta’ Alla u l-ġustizzja tiegħu u l-bqija jiġi waħdu.” Is-saltna ta’ Alla hija l-kollox; il-bqija huwa sekondarju, mhux ewlieni.” U l-iżbalji kollha tan-nisrani, “l-iżbalji kollha tal-Knisja, l-iżbalji kollha tagħna jitwieldu kollha minn hawn: meta aħna ngħidu lix-xejn li huwa l-kollox; u lill-kollox, li donnu ma jgħoddx” wissa l-Papa.

Li ssegwi lil Ġesù, qal l-Papa mill-ġdid, “mhux faċli. La huwa faċli u lanqas diffiċli, għaliex fit-triq tal-imħabba il-Mulej jagħmel l-affarijiet b’trali mod li aħna nkunu nistgħu nibqgħu mexjin ‘il quddiem. U l-istess Mulej ikkabbrilna qalbna.” Meta, mill-banda l-oħra nkunu iktar inklinati li nsegwu ix-xejn, allura “jqum il-ġlied fil-familja, mal-ħbiewb, mas-soċjetà. Ukoll dak il-ġlied li jispiċcxa bil-gwerra,” għaliex “ix-xejn huwa żerriegħa ta’ gwerra, dejjem; għaliex huwa żerriegħa ta’ egoiżmu,” waqt li “l-kollox, dak kbir, huwa Ġesù.” Il-grazzja mitluba mill-Papa hija li l-Mulej “ikabbrilna qalbna u jagħmilna umli, mansweti u ġenerużi, giex aħna għandna kollox fiħ,” waqt li jippreservana mill-ħolqien ta’ “problemi ta’ kuljum madwar ix-xejn.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.