L-għaġġla tan-nisrani

Is-Sibt, 15 ta’ Ġunju 2013

 

Il-ħajja nisranija m’għandha qatt tkun inkwetata u qatt trankwillizzanti u bla dubju ta’ xejn mhix “terapija terminali biex ġgegħlna nkunu filpaċi sas-sema.” Allura hemm bżonn li nagħmlu bħal San Pawl u nixhdu “il-messaġġ tal-vera rikonċiljazzjoni,” mingfħajr ma ninkwetaw wisq dwar l-istatistiċi jew li nagħmlu proseliti: hija ħaġa “tal-imġienen imma sabiħa,” għaliex “huwa l-iskandlu tas-salib.” Il-Papa reġà tkellem dwar ir-rikonċiljazzjoni u l-ardir apostoliku fl-omelija tal-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, is-Sibt 15 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Il-bażi tar-riflessjoni tal-Papa kienu, bħas-soltu, il-qari tal-jum, b’mod partikulari it-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (5, 14-21), “silta - qal - ftit jew wisq speċjali għaliex donnu li Pawlu jitlaq bil-għaġġla. Huwa mgħaġġel, donnu jitlaq b’ċerta veloċità. L-imħabba lejn Kristu taħkimna, timbuttana, tippressana. Hija propju din il-veloċità li għandu Pawlu: meta jara l-imħabba ta’ Kristu ma jistax iżomm wieqaf.” Hekk San Pawl huwa tassew bniedem li hu mgħaġgel, bl-“affann biex jgħidilna xi ħaġa mportanti: jitkellem dwar l-iva ta’ Ġesù, dwar l-opra tar-rikonċiljazzjoni li għamel Ġesù u wkoll dwar l-opra ta’ rikonċiljazzjoni “ ta’ Kristu u tal-appostlu.

 Il-Papa Francesco wkoll ġegħlna ninnutaw kif fil-paġna pawlina “għal ħames darbiet tiġi ripetuta l-kelma rikonċiljazzjoni. Ħames daebiet: donnha ritornell.” Biex jgħid b’ċarezza li “Alla rrikonċiljana miegfħu fi Kristu.” Imbagħad Pawlu, fil-kontinwazzjoni ta’ kitbietu, qisu kważi jinxteħet għarkupptejh biex jitlobna: “Nitlobkom fl-isem ta’ Kristu: ħallu li tkun rrikonċiljati ma’ Alla” u bħal donnu jgħidilna “warrbu l-għassa tagħkom” biex tippermettu li tkunu rrikonċiljati miegħu.

«L-għaġġla, il-premura ta’ Pawlu  -  baqà jsostni il-Papa - iġġegħlni naħseb dwar Marija meta, wara li kienet irċeviet l-aħbar tal-anġlu, titlaq bl-għaġġla biex tgħin lil kuġintha. Hija l-għaġgla tal-messaġġ nisrani. U hawn il-messaġġ huwa propju dak tar-rikonċiljazzjoni.” Is-sens tar-rikonċiljazzjoni ma jinsabx sempliċement fli npoġġu flimkien partijiet differenti u mbegħda bejniethom. “Il-vera rikonċiljazzjoni hija li Alla fi Kristu ħa dnubietna u sar dnub għalina. U meta aħna nmorru nqerru, per eżempju, mhuwiex li ngħidu dnubna u Alla jaħfrilna. Aħna nsibu lil Ġesù Kristu u ngħidulu: dan tiegħek u jien se nagħmlek dnub għal darb’oħra. U dan jogħġbu, għaliex kienet il-missjoni tiegħu: isir dnub għalina, biex jeħlisna.”

Dan huwa “il-misteru li mexxa ‘l quddiem Pawlu b’żelu apostoliku, għaliex hija ħaġa tant meraviljuża: l-imħabba ta’ Alla li tat lil ibnu għall-mewt għalija. Meta Pawlu jsib ruħu quddiem din il-verità jgħid: imma huwa ħabbni, mar għall-mewt għalija. Dan huwa l-misteru tar-rikonċiljazzjoni.” Il-ħajja nisranija - reġè spjega l-Papa - “tikber fuq dan il-pilastru u aħna ftit jew wisq niżvalutawh” meta nirriduċuh għall-fatt li “in-nisrani hemm bżonn li jagħmel dan u mbagħad irid jemmen f’dak.”  Għall-kuntrarju dan huwa li naslu “għal din il-verità li tqanqalna, għal din l-imħabba li tinsab fil-ħajja nisranija: l-imħabba tal-Missier li fi Kristu jirrikonċilja d-dinja. Infatti huwa Alla li jirrikonċilja fih id-dinja fi Kristu, bla ma jattribwixxi lill-bnedmin ħtijiethom u jafdalna l-kelma ta’ rikonċiljazzjoni. Kristu rrikonċiljana. U dan huwa l-atteġġjament tan-nisrani, din hija l-paċi tan-nisrani.”

Il-filosfi «jgħidu li l-paċi hija ċerta trankwillità fl-ordni. Kollox ordnat, trankwill. Dik mhix il-paċi nisranija. Il-paċi nisranija - insista l-Papa Francesco - hija paċi bla kwiet, mhix paċi trankwilla. Hija paċi bla kwiet li tgħaddi ‘l quddiem biex twassal dan il-messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni. Il-Paċi nisranija timbuttana biex ngħaddu ‘l quddiem u dan huwa l-bidu, l-għerq taż-żelu apostoliku.”

U skont il-Papa Francesco «iż-żelu apostoliku mhux li tmur ‘il quddiem biex tagħmel proseliti u tagħmel statistiċi: din is-sena żdiedu l-insara it-tali pajjiż, il-movimenti. L-istatistiċi huma tajbin, jgħinu, imma li tagħmel il-proseliti mhux dak li Alla jrib l-iktar minna. Dak li l-Mulej irid minna - ippreċiża - huwa propju l-aħbar tar-rikonċiljazzjoni, li hija n-nukleju tal-messaġġ tiegħu: Kristu sar dnub għalija u d-dnubiet jinsabu hemm, f’ġismu, f’ruħu. Dan huwa tal-imġienen, imma huwa sabiħ: hija l-verità. Dan huwa l-iskandlu tas-salib.”

Il-Papa kkonkluda l-omelija tiegħu billi talab il-grazzja li l-“Mulej jagħtina din il-premura biex inħabbru lil Ġesù; jagħtina l-għaqal nisrani, li jitwieled propju minn ġenbu minfud gl-imħabba.” U “jikkonvinċina wkoll li l-ħajja nisranija mhix terapija terminali biex nibqgħu paċi sas-sema. Il-ħajja nisranija hija fuq it-triq, fuq il-ħajja, b’din il-premura ta’ Pawlu. L-imħabba ta’ Kristu tippossedina, timbuttana, tħeġġiġna. B’din l-emozzjoni li nħossu meta wieħed jara li Alla jħobbna.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.