L-umiltà konkreta tan-nisrani

Il-Ġimgħa, 14 ta’Ġunju 2013

 

Mingħajr l-umiltà, mingħajr il-kapaċità li tagħraf pubblikament id-dnubiet propji u l-propja dgħufija umana, ma nistgħux nilħqu l-fidwa u lanqas ma nippretendu li nħabbru lil Kristu jew li nkunu xhieda tiegħu. Dan jgħodd ukoll għas-saċerdoti: l-insara għandhom dejjem jiftakru li l-għana tal-grazzja, rigal ta’ Alla, hija teżor li għandna ngħassu ġo “ġarer tal-fuħħar” biex tkun ċara il-qawwa straordinarja ta’ Alla, li ħadd ma jistà jagħmel tiegħu “għall-kurrikulu personali tiegħu.”

Għal darb’oħra l-Papa Francesco reġà stieden biex nirriflettu rigward it-tema tal-umiltà nisranija. Dan għamlu waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu, il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Miegħu kkonċelebraw, fost oħraj, il-kardinali Giuseppe Bertello, President tal-Governatorato, u Mauro Piacenza, Prefett tal-Kongregazzjoni ngHall-kleru, akkumpanjati minn uffiċċjali u dipendenti tad-dikasteru. Mal-kardinal Bertello kien hemm il-qraba tal-mibki arċisqof Ubaldo Calabresi, għal snin nunzju apostoliku fl-Arġentina. Waqt it-talba tal-fidili l-Qdusija Tiegħu talab li jitolbu għalih li miegħu tul is-snin li hu għamel bħala arċisqof ta’ Buenos Aires, kien marbut bi ħbiberija profonda.

Il-qari tal-jum - - it-tieni ittra ta’San Pawl lill-Korintin (4, 7-15) u  il-vanġelu ta’  Mattew (5, 27-32) — kienu ċ-ċentru tal-meditazzjoni tal-Papa li għaqqad l-immaġni tas-“sbuħija ta’ Ġesù, tal-qawwa ta’ Ġesù, tal-fidwa li jġibilna Ġesù, li dwarha jitkellem l-appostlu Pawlu f’paġna oħra, ma’ dik tal-“ġarer tal-fuħhar” li fihom jinsab it-teżor tal-fidi.

L-insara huma bħall-ġarer tal-fuħhar, għaliex huma dgħajfa, minħabba li huma midinbin. Madankollu, sostna l-Papa, bejnna “msejknin, ġarer tal-fuħħar” u “il-qawwa ta’ gesù Kristu salvatur” jinbet djalogu: “id-djalogu tal-fidwa.” Imma, wissa, meta dan id-djalogu jieħu ton ta’ awtoġustifikazzjoni ifisser li xi ħaġa mhix tiffunzjona u mhemmx fidwa. Pawlu jgħallimna, kompla l-Papa Francesco, it-triq li għandna nieħdu: infatti “tkellem bosta drabi, kważi bħal ritornell, dwar dnubietu “jien ngħidilkom dan: kont persekutur tal-Knisja....ippersekwitajt....” Fih terġà lura dejjem il-fakra tad-dnub. Iħossu midneb.” “F’dak il-waqt ma jgħidx “kont persekutur, imma issa jien qaddis”.”

Imma fil-bnedmin jiġri xi ħaġa differenti. Il-dan spjegah billi indika l-imġieba tal-appostlu: “Kull darba Pawlu jkellimna dwar il-kurrikulu tas-servizz - “għamilt dan, għamilt dan l-ieħor, ippritkajt” - -ikellimna wkoll dwar il-manwal tiegħu” jiġifieri dwar dak kollu li jirrigwarda d-dgħufijiet tiegħu, dnubietu. Aħna għall-kuntrarju, żied, “għandna dejjem it-tentazzjoni tal-kurrikulu, u li naħbu ftit il-manwal għaliex ma narawx wisq” dak li mhux tajjeb.

L-umiltà tan-nisrani hija dik li ssegwi it-triq indikata mill-appostlu. Dan il-mudell ta’ umiltà jiswa wkoll “għalina s-saċerdoti, għalina r-reliġjużi. Jekk aħna niftaħru biss bil-kurrikulu tagħna u xejn iktar - qal l-isqof ta’ Ruma - nispiċċaw biex niżbaljaw. Ma nistgħux inxandru  lil Ġesù Kristu salvatur għaliex fil-fond ma nħossuhx.” “Hemm bżonn li nkunu umli - ħeġġeġ il-Papa - imma b’umiltà vera, b’isimna u b’kunjomna: jien midneb għal dan, għal dan u għal dan. Bħal ma jagħmel Pawlu.” Hemm bżonn nagħrfu li aħna midinbin b’mod konkret, u mhux nippreżentaw irwieħna b’immaġni falza, “b’wiċċ ta’ stampa ċkejkna.” U biex jirrendi iktar konkreta iktar konkreta ħareġ b’espressjoni tal-Pjemonte “tagħmilha tal- munia quacia, tal-innoċenti. Dik l-innoċenza li mhix vera, li hija biss apparenza.”

Għall-kuntrarju, ippreċiża l-Papa, l-umiltà tas-saċerdoti, l-umiltà tal-insara, hemm bżonn li tkun konkreta: “jien ġarra tal-fuħħar g dan, għal dan u għal dan.” U meta nisrani ma jirnexxilux jagħmel miegħu nniffsu, quddiem il-Knisja, din il-qrara, jkun hemm xi ħaġa mhix flokha.” Qabel kollox, żied, “ma jistax jifhem is-sbuħija tal-fidwa li jġibilna Ġesù: dan teżor.”

“Ħuti — qal — aħna għandna teżor: dan ta’ Ġesù Kristu salvatur, is-salib ta’ Ġesù Kristu, dan it-teżor li aħna niftaħru bih,” Imma ma ninsewx “li nistqarru wkoll id-dnubiet” għaliex hekk biss “id-djalogu jkun nisrani u kattoliku, konkret. Għaliex il-fidwa ta’ Ġesù Kristu hija konkreta.” “ĠesKristu ma fdiniex b’idea, bi programm intellettwali. Fdiena bil-laħam, bil-konkretezza tal-laħam. Tbaxxa u sar bniedem, Sar laħam sal-aħħar.” Teżor bħal dan tistà tifhmu u tirċevih biss kemm-il darba tinbidel f’ġarra tal-fuħhar.

Bħala għeluq il-Papa ippropona l-immaġni tas-sammaritana. Dik il-mara li tkellmet ma’ Ġesù titlaq bil-għaġġla meta jaslu d-dixxipli: “u xi tgħid lil dawk tal-belt? “Sibt bniedem li qalli dak kollu li għamilt”,” li kien ġiegħlha tifhem is-sens tagħha li tkun ġarra tal-fuħħar. Dik il-mara kienet sabet lil Ġesù Kristu salvatur u meta kellha xxandru dan għamlitu l-ewwel billi tkellmet dwar il-propju dnub tagħha. Spjegat infatti li kienet talbet lil Ġesù: “Intom tafu min jien? U hu qalli kollox.”

“Jiena nemmen  — ikkonkluda l-Papa — li din il-mara tinsab fis-sema.” U biex iwettaq iċ-ċertezza tiegħu ikkwota lil Alessandro Manzoni: “qatt ma sibt li l-Mulej beda miraklu mingħajr ma spiċċah tajjeb.” U dan il-miraklu li huwa beda bla ebda dubju ta’ xejn spiċċah tajjeb fis-sema.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.