Dak il-progressiżmu Adoloxxenti

L-Erbgħa, 12 ta’ Ġunju 2013

 

Huma tnejn it-tentazzjonijiet li jeħtieġ niffaċċjaw f’dan il-waqt tal-istorja tal-Knisja: inmorru lura għaliex imbeżżà mil-libertà li tiġi mil-liġi “imwettqa fl-Ispirtu Santu;” inċedu għal “progressiżmu adoloxxenti,” inklinat jiġifieri li jsegwi il-valuri l-iktar akkattivanti proposti mill-kultura dominanti. Il-Papa Francesco tkellem dwar dan dalgħodu, l-Erbgħa 12 ta’ Ġunju, waqt li kkummenta l-qari - meħud mit-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (3, 4-11) u mill-vanġelu ta’ Mattew (5, 17-19) - tal-quddiesa fid-Domus Sanctae Marthae, ikkonċelebrata, fost l-oħrajn mill-kardinali Manuel montero de Castro, penitenzier maġġur, u Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Ħajja KKonsagrata u s-Soċjetà tal-Ħajja Apostolika, li kienu jakkumpanjaw uffiċċjali u dipendenti tad-dikasteru.

Il-Papa waqaf qabel xejn fuq l-ispjega li Ġesù jagħti lil dawk li jakkużawh li ried ibiddel il-liġi ta’ Mosè. Huwa jassigurhom billi jgħidilhom: “Jien ma ġejtx biex inħassar il-liġi imma biex inwttaqha għal kollox.” Għaliex il-liġi - speċifika l-Qdusija Tiegħu - “hija frott tal-allejanza. Ma tistax tifhem il-liġi mingħajr l-allejanza. Il-liġi hija ftit jew wisq it-triq biex tmut għall-allejanza,” dik “mibdija b’wegħda f’dik l-għodwa fil-ġenna tal-art, imbagħad kompliet għaddejja mal-arka ta. Noe, ma Mosè fid-deżert, u mbagħad kompliet miexja ‘l quddiem bħala liġi ta’ Iżrael biex jagħmel ir-rieda ta’ Alla.

Din il-liġi “hija sagra - żied - għaliex ġabet il-poplu ta’ Alla.” Mela “ma tistax timtess.”  Kien hemm min qal li Ġesù “biddel din il-liġi;” huwa minflok fittex li jfiehem li kien hemm triq lisetgħet twassal “għat-tkabbir,” anzi gl-“maturità sħiha ta’ dik il-liġi. U kien jgħid: “Jien ġejt biex inwettaqha. Hekk bħal ma n-nebbieta “tinfaqà” u titwieled il-fjura, hekk hi l-kontinwità tal-liġi lejn il-maturità tagħha. U Ġesù huwa l-espressjoni tal-maturità tal-liġi.”

Il-Papa imbagħad sostna ir-rwol tal-Ispirtu Santu fit-trasmissjoni ta’ din il-liġi. Infatti, spjega, “Pawlu jgħid li din il-liġi tal-Ispirtu għandna lkoll permezz ta’ Gesù Kristu, għaliuex m’aħniex kapaċi naħsbu xi ħaġa li tiġi minna; il-kapaċità tagħna tiġi mingħand Alla. U l-liġi li Alla jagħtina hija liġi matura, il-liġi tal-imħabba, għaliex wasalna fl-aħħar siegħa. L-appostlu Ġwanni jgħid lill-komunità tiegħu: Ħuti wasalna fl-aħħar siegħa. Għas-siegħa tat-twettiq tal-liġi. Giha l-liġi tal-Ispirtu li tirrendina liberi.

Madankollu din hija libertà li f’ċertu sens tbeżzagħna. Għaliex - ippreċiża l-Papa - tistà titħawwad ma xi libertà umana oħra.” U mbagħad “il-liġi tal-Ispirtu twassalna fit-triq tad-dixxerniment kontinwu biex nagġħmlu r-rieda ta’ Alla:” Wkoll dan ibeżżagħna xi ftit. Imma, wissa l-Qdusija Tiegħu, meta nkunu attakkati minn din il-biżà nissugraw li nċedu g żewġ tentazzjonijiet. L-ewwel waħda hi dik li “nduru lura għaliex ma nbkunux sikuri. Imma dan iwaqqaf il-mixja.” Hija “t-tentazzjoni tal-biżà tal-libertà, tal-biżà tal-Ispirtu Santu: l-Ispirtu Santu ibeżżagħna.

Hawnhekk il-Papa Francesco fakkar episodju li jmur lura għall-bidu tas-snin tletin: “Superjur bieżel ta’ kongregazzjoni reliġjuża għadda bosta snin jiġbor ir-regoli kollha tal-kongregazzjoni tiegħu: dak li setgħu jagħmlu r-reliġjużi u dak li ma setgħux jagħmlu. Imbagħad, la darba x-xogħol kien lest, mar għand abbati kbir benedittin li kien jinsab Ruma, biex jurih ix-xogħol tiegħu. L-Abbati rah u qallu: Father, int b’dan qtilt il-kariżma tal-kongregazzjoni  tiegħek! Kien qatel il-libertà. Għaliex il-kariżma tagħti l-frott u hu kien imblokka l-kariżma. Din mhix ħajja. Dik il-kongregazzjoni ma setgħetx tkompli tgħix. X’ġara? Li ħamsa u għoxrin sena wara dak il-kapulavur, ħadd ma rah u spiċca fil-bibjoteka.”

“Hekk hu eżempju ta’ kemm hu faċli li taqà fit-tentazzjoni li tmur lura biex tħossok iktar żgur,” spjega l-isqof ta’ Ruma. Imma - kompla żied - “is-sikurezza sħiħa hija fl-Ispirtu Santu li jmexxik ‘il quddiem, li jtik fiduċja u, bħal ma jgħid Pawlu,huwa iktar esiġenti: infatti, Ġesù jgħid li “sakemm ma jgħaddux is-sema u l-art, ma tgħaddi anqas farka jew xi silta żgħira mil-liġi, mingħajr ma jkun seħħ kollox.” Mela huwa iktar esiġenti wkoll jekk ma jtiniex is-sikurezza umana, għaliex ma nistgħux nikkontrollaw l-Ispirtu Santu: din hija l-problema.”

It-tieni tentazzjoni hija dik li l-Papa iddefeniha “progressiżmu adoloxxenti”/ dan iżda mhux progress awtentiku: hija koltura li timxi ‘l quddiem, li minnha ma jirnexxilniex ninqatgħu u li minnha nieħdu l-liġijiet u l-valuri li jogħġbuna l-iktar, bħal ma jagħmlu sewwa sew l-adoloxxenti. Fl-aħħar ir-riskju li ngħaddu minnu huwa li niżolqu, “hekk bħal ma l-magna tiżloq fuq triq ingazzata u trispiċċa ‘l hemm mit-triq.”

Skont il-Papa, din hija tentazzjoni rikorrenti f’dan il-waqt storiku għall-Knisja. “Ma nistgħux inmorru lura - qal il-Papa - niżżerżqu barra minn triqtna.”

It-triq li rridu nsegwu hija din:  “Il-liġi hija sħiħa, dejjem kontinwa, mingħajr qtugħ: bħal ma ż-żerriegħa tispiċċa fil-flura, fil-frotta. It-triq hija dik tal-libertà fl-Ispirtu Santu, li jagħmilna liberi, fid-dixxerniment kontinwu fuq ir-rieda ta’ Alla, biex ngħaddu ‘l quddiem fuq din it-triq bla ma nmorru lura” u bla ma niżolqu. “Dan mhux appell biex inġibu lura lil Gioacchino da Fiore” iżda nsista l-Papa Francesco. U temm: “Nitolbu lill-Ispirtu Santu li jagħtina l-ħajja, li jmexxina ‘l quddiem, li jwassalna għall-maturità sħiħa tal-liġi, dik il-liġi li tagħmilna liberi.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.