Bibien miftuħa għall-konsolazzjoni

It-Tnejn, 10 ta’ Ġunju 2013

 

Għaliex hawn tant persuni li għandhom qalbhom magħluqa għall-fidwa? Din hija mistoqsija li l-Papa Francesco tkellem dwarha waqt l-omelija tal-quddiesa tallum, it-Tnejn, 10 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, ikkonċelebrata, fost oħrajn, mill-kardinal Stanislaw Rylko, president tal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, preżenti responsabbli u dipendenti tad-dikasteru. Mistoqsija li ssib tweġiba fil-biżà, għaliex - spjega l-Papa - il-fidwa tqanqal biżà. Hija attrazzjoni li tHarrab il-biżgħat l-iktar moħbija ta’ qalbna. “Ninħtieġu” l-fidwa, imma fl-istess ħin “nibżgħu”, giex, qal il-Qdusija Tiegħu, “meta l-Mulej jiġi biex jifdina, irridu nagħtu kollox” u f’dak il-waqt “jikkmanda hu: u minn dan huwa li nibżgħu.”  Fil-fatt il-bnedmin iridu “jikkmandaw”, iridu jkunu huma “il-padruni” tagħhom infushom. U hekk “il-fidwa ma tasalx, il-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu ma tasalx.”

Fil-liturġija tal-jum is-silta tal-vanġelu ta’ Mattew (5, 1-12) dwar il-Beatitudini offriet lill-Papa l-okkażjoni għal riflessjoni dwar ir-rapport bejn il-fidwa u l-libertà. Il-fidwa biss li tasal bil-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu, saħaq, tirrendina liberi: hija “il-libertà li titwieled mill-Ispirtu Santu li ssalvana, li tikkunslana, li ttina l-ħajja.” Imma biex nifhmu għal kollox il-beatitudni u xi jfisser “inkun foqra, inkunu umli, inkunu miżerikordjużi” - kollha ħwejjeġ li “donnhom ma jwassluniex għas-suċċess” - jeħtieġ li ngħassu “il-qalb miftuħa” u nkunu “doqna sewwa dik il-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu li hija l-fidwa.”

Il-Beatitudni, wara kollox, huma “l-liġi ta’ dawk li kienu salvati” u fetħu qlubhom gl-fidwa. “Din - żied - hija l-liġi tal-ħielsa, b’dik il-libertà tal-Ispirtu Santu.” Nistgħu “niurregolaw il-ħajja, nissistemawha fuq elenku ta’ kmandamenti u proċedimenti,” imma hija operazzjoni tassew umana, wissa l-Papa Francesco. “Hija ħaġa limitata u fl-aħħar ma twasalniex għall-fidwa,” minħabba li dan “qalb miftuħa” biss tistà tagħmlu.

Rigward il-Vanġelu dan jirrakkonta li, meta ra l-folla, Ġesù telà fuq il-muntanja. “Fost il-folol - innota l-Papa - kien hemm bosta li kellhom bżonn il-fidwa. Kien il-poplu ta’ Alla li kien segwa l-ewwel lil Ġwanni l-Battista, imbagħad lill-Mulej, propju għaliex kien jeħtieġ il-fidwa. Imma kien hemm ukoll oħrajn li “kienu jmorru hemm biex jeżaminaw din id-duttrina ġdida u mbaġhads iħaqquha ma’ Ġesù. Ma kellhomxqalb miftuħa, kellhom qalbhom magħluqa fl-affarijiet tagħhom.” Kienu jistaqsu x’ried ibiddel Ġesù, imma “billi kellhom qalbhom magħluqa, il-Mulej ma setax ibiddilha;”  u sfortunatament “kellhom qalbhom magħluqa” żied il-Papa Francesco.

Għalhekk il-Papa stieden biex jitolbu lill-Mulej “il-grazzja li nsegwuh;” imma mhux bil-libertà tal-fariżej u tas-saduċej, li saru ipokriti għaliex riedu “jsegwuh biss bil-libertà umana.” L-ipokrezija hija propju dan: “Ma nħallux li l-Ispirtu jbiddel il-qalb permezz tal-fidwa. Il-libertà li jagħtina l-Ispirtu hija wkoll tip ta’ skjavitu, skjavitu tal-Mulej li jagħmilna liberi. Hija libertà oħra.” Għall-kuntrarju, il-libertà tagħna hija “skjavitu mhux tal-Mulej, imma tal-ispirtu tad-dinja.” Minn hawn l-invokazzjoni tal-Papa li talab “il-grazzja li niftħu qalbna għall-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu, sabiex din il-konsolazzjoni, li hija l-fidwa iġgegħlna nifhmu sewwa” il-kmandamenti l-ġodda li jinsabu fil-Vanġelu tal-beatitudni

Mhux b’kumbinazzjoni li l-bidu tat-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (1, 1-7) fil-liurġija tal-jum jitkellem “disà darbiet dwar il-konsolazzjoni.” Tidher daqsxejn esaġerata, ikkummenta l-Papa. U waqt li emfasizza li Pawlu “ħtieġ sebà versetti biex jgħid din il-kelma: konsolazzjoni,” staqsa: “Għaliex jinsisti f’dan? X’inhi din il-konsolazzjoni?” L-ittra tal-appostlu hija ndirizzata lill-insara “żgħażagħ fil-fidi”, għal dawk li “ilhom ftit li bdew it-triq ta’ Ġesù. Pawlu “jinsisti fuq dan. Fit-triq ta’ Ġesù l-Missier joffrilna l-konsolazzjoni.” Dawn l-insara “ ma kinux kollha ppersegwitati. Kienu persuni normali li kellhom il-familja tagħhom, ix-xogħol tagħhom, imma kienu sabu lil Ġesù. U din hija bidla ta’ ħajja tant li kien hemm bżonn qawwa speċjali ta Alla, tal-Ispirtu Santu; u din il-qawwa hija l-konsolazzjoni.”

Xi tfisser konsolazzjoni? Għall-Papa Francesco din “hija l-preżenza ta’ Alla f’qalbna. Imma biex il-Mulej ikun fi qlubna hemm bżonn li niftħulu l-bieb.” Il-konversjoni ta’ dawn il-pagani lil min qed jikteb Pawlu kienet tikkonsisti propju fil-“ftuħ tal-bieb lill-Mulej.”  U għal dan ingħataw “il-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu.” Infatti l-fidwa hija “tgħix fil-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu, mhux tgħix fil-konsolazzjoni tal-ispirtu tad-dinja. Dik mhix fidwa, dik dnub.” Għall-kuntrarju, il-fidwa hija “timxi ‘l quddiem u tiftaħ qalbek sabiex tiġi din il-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu.”

Il-bniedem spiss jissogra li jfittex li “jinnegozja,” li jieħu dak li jakkomodah, “naqra ‘ hawn u naqra ‘ l hemm.”  Bħal donnu “nagħmlu maċedonja: naqra Spirtu Santu u naqra spirtu tad-dinja.” Imma ma’ Alla mhemmx nofs miżuri: jew tagħżel “ħaġa jew l-oħra.” Infatti, irrimarka l-Papa, il-Mulej jgħidhulna ċar u tond: ma tistgħux taqdu żewġ sidien. Jew taqdi l-Mulej jew taqdi l-ispirtu tad-dinja. Ma tistax tħallat kollox.”

Din il-liġi ġdida li “il-Mulej iġibilna, dawn il-beatitudni ġodda nifhmuhom biss kemm-il darba wieħed ikollu qalb miftuħa. Nifhmuhom mill-konsolazzjoni tal-Ispirtu Santu.  Ma jistgħux ikunu mifhuma bl-intelliġenza umana jew permezz tal-ispirtu tad-dinja.” Hemm bżonn li nkunu miftuħa għall-fidwa, inkella “ma nistgġħux nifhmu. Dawn huma l-kmandamenti l-ġodda, imma jekk aħna m’għandniex il-qalb miftuħa għall-Ispirtu Santu jidhrulna bħala ħmerijiet.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb