Eloġju lill-manswetudni

It-Tlieta, 9 ta’ April 2013

 

It-tentazzjoni li nqasqsu dwar l-oħrajn u nsawtuhom bil-paroli tinsab dejjem wara l-kantuniera. Ukoll fil-familja, bejn il-ħbieb fil-parroċċa, “fejn in-nisa tal-katekeżi jiġgieldu ma’ dawk tal-Caritas.” Dawn “huma tentazzjonijiet ta’ kuljum” - “għedewwa tal-manswetudni” u tal-għaqda bejn in-nies u fil-komunità nisranija - “li jiġru lil kulħadd, ukoll lili.” U propju minn dan l-atteġġjament il-Papa Francesco talab biex noqogħdu attenti waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, it-Tlieta 9 ta’ April, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Il-Papa wera t-triq tal-manswetudni evanġelika biex iħalli lill-Ispirtu l-possibiltà li jaħdem u jirriġenera għal “ħajja ġdida”, magħmula minn għaqda u minn imħabba. “Nitolbu l-grazzja,” qal, li “ma niġġudikaw lil ħadd” u li nitgħallmu biex “ma nqasqsux” minn wara dahar l-oħrajn - dan ikun pass kbir u sabiħ ‘il quddiem” - waqt li nfittxu li “nkun karitatevoli wieħed mal-ieħor,” “rispettużi”  u waqt li nħallu b’manswetudni “il-post lill-ieħor.”

“Fit-talba tal-bidu tal-quddiesa - qal il-Papa fl-omelija - tlabna lill-Mulej li, permezz tal-qawwa ta’ Ġesù rxuxtat, juri lid-dinja l-milja tal-ħajja l-ġdida. Wara l-qawmien ta’ Ġesù, tibda ħajja ġdida: huwa dan li jgħid Ġesù lil Nikodemu. Hemm bżonn ‘li titwieled mill-għoli,’ tibda.” Nikodemu - spjega l-Papa Francesco b’riferiment għas-silta tal-Vanġelu ta’ Ġwanni (3, 7-15) - “huwa raġel studjuż. Ftit qabel, fil-Vanġelu, kien wieġedb lil Ġesù: imma kif bniedem jistà jitwieled mill-ġdid, jerġ1 lura f’ġuf ommu u jitwieled mill-ġdid? Ġesù kien qed jitkellem dwar dimensjoni oħra: ‘titwieled mill-għoli,’ titwieled mill-Ispirtu. Huwa twelid ġdid, hija dik il-ħajja ġdida, dik il-qawwa, sbuħija tal-ħajja ġdida li tlabna fit-talba. Hija l-ħajja ġdida li aħna rċivejna fil-Magħmudija, imma li rridu niżviluppaw.”

“Hemm bżonn li nagħmlu minn kollox - saħaq mill-ġdid il-Papa - għaliex dik il-ħajja tiżviluppa fil-ħajja l-ġdida. U kif se tkun, din il-ħajja l-ġdida? Mhux li llum ngħidu: ‘Iva, illum jien twelidt, jien spiċċajt, nibda mill-ġdid.’ Hija mixja, hija mixja iebsa, irridu naħdmu biex nagħmluha. Imma hija wkoll mixja li ma tiddependix minna biss: prinċipalment tiddependi mill-Ispirtu, u aħna rridu ninfetħu għall-Ispirtu sabiex huwa jagħmel fina din il-ħajja ġdida.”

“Fl-ewwel qari - qal il-Papa Francesco waqt li kkummenta s-silta mill-Atti tal-Appostli (4, 31-37) tal-liturġija tallum - għandna bħal antiċipazzjoni, prologu ta’ dak li se tkun ;il-ħajja l-ġdida’, dak li suppost tkun il-‘ħajja l-ġdida.’ Il-moltitudni ta’ dawk li kienu saru kredenti kellha qalb waħda u ruħ waħda, Ir-ruħ waħdam il-qalb waħda: l-għaqda, dik l-għaqda, dik l-unanimità, dik l-armonija tas-sentimenti fl-imħabba, l-imħabba mutwa. Dak il-ħsieb li ‘l-oħrajn huma aħjar minni:’ u dan huwa sabiħ, le?”

“Imma r-realtà - spjega l-Papa - tgħidilna li dan, wara l-Magħmudija, ma jiġix b’mod awtomatiku. Dan huwa xogħol li nagħmluh tul il-mixja tal-Hajja, huwa xogħol li jsir mill-Ispirtu fina u huwa fedeltà għall-Ispirtu min-naħa tagħna.” U din il-manswetudni fil-komunità hija virtù daqsxejn waħda minsija. Inkunu mansweti, inħallu postna għal ħaddieħor. Hemm tant għedewwa tal-manswetudni, biex nibdew mit-tqasqis, le? Meta nippreferi nqasqas, inqasqas dwar l-ieħor, insawwat ftit lill-ieħor. Huma ħwejjeg ta’ kuljum li jiġru lil kulħadd, inkluż jien.”

“Huma tentazzjonijiet tal-ħażen, i imbagħad kompla - li ma jridx li l-Ispirto jiġi għandna u jagħmel dinil-paċi, din il-manswetudni fil-komunitajiet nsara. Inmorru fil-parroċċa u n-nisa tal-katekeżi jissieltu kontra dawk tal-Caritas.” U “dejjem ikun hemm dan il-ġlied. Ukoll fil-familja u fil-kwartier. Imma wkoll fost il-ħbieb. U din mhix il-ħajja l-ġdida. Meta jiġi l-Ispirtu u jwellidna f’ħajja ġdida, jagħmilna mansweti, karitatevoli. La tiġgudikaw lil ħadd: L-uniku mħallef huwa l-Mulej.” Allura hekk hu s-suġġeriment biex “nibqgħu siekta. U jekk għandi ngħid xi ħaġa, ngħidha lilu, lilha: imma mhux lill-kwartier kollu. Imma biss lil min jistà jirrimedja s-sitwazzjoni.”

“Dan - għalaq il-Papa Francesco — huwa biss pass fil-ħajja l-ġdida, imma huwa pass ta’ kuljum. Kemm-il darba, bil-grazzja tal-Ispirtu, jirnexxielna ma nqasqsu qattm ikun pass kbir u sabiħ ‘il quddiem. Ujagħmlilna tajjeb ilkoll. Mitolbu lill-Mulej lu juri lilna u lid-dinja s-sbuħija u l-milja ta’ din il-ħajja l-ġdida, ta’ dan it-twelid tal-Ispirtu li jiġi fil-komunità tal-fidili u jwassalna li nkunu mansweti, li nkunu karitatevoli wieħed mal-ieħor. Rispettużi. Nitolbu din il-grazzja għalina lkoll.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb