Ix-xjenza diffiċli tal-imħabba

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju 2013

 

Ix-“xjenza taż-żegħil” timmanifesta żewġ pilastri tal-imħabba: il-viċinanza u t-tenerezza. U “Ġesù jafha sewwa din ix-xjenza.” Dan qalu l-Papa Francesco waqt li dalgħodu, il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju,  iċcelebra l-quddiesa tas-sollennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Miegħu, fost l-oħrajn, ikkonċelebraw l-Arċisqof Jean-Louis Bruguès, arkivista u bibjotekarju talKnisja Mqaddsa Rumana, u l-isqof Sergio Pagano, prefett tal-Arkivju Sigriet tal-Vatikan, li kiuenu qegħdin jakkumpanjaw grupp ta’ dipendenti tal-istituzzjoni.

Waqt li rrifera għall-qari tal-jum - meħudin mill-ktieb tal-profeta Eżekjel (34, 11-16), mill-ittra ta’ San Pawl lir-Rumani (5, 5-11) u mill-vanġelu ta’ Luqa (15, 3-7) - il-Papa iddefenixxza s-sollennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù bħala l-“festa tal-imħabba:” Ġesù “ried jurina qalbu, bħala l-qalb li tant ħabbet. Għalhekk illum nagħmlu din il-kommemorazzjoni. Fuq kollox tal-imħabba ta’ Alla. Alla ħabbna, ħabbna tant. Naħseb dwar dak li Sant’Injazju kien jgħidilna, jgħid lilna. Indikalna żewġ kriterji dwar l-imħabba. L-ewwel: l-imħabba timmanifesta ruħha iktar fl-opri milli fil-kliem. It-tieni: L-imħabba tinsab iktar fli tagħti milli fli tirċievi.”

Huma ż-żewġ kriterji li dwarhom “Pawlu fit-tieni ittra jgħidilna: Meta kien għadna dgħajfin Ġesù, fiż-żmien stabbilit, miet għall-kattivi. Ġesù ħabbna mhux bil-kliem imma bl-opri, b’ħajtu. U tana, irregalalna bla ma rċieva xejn mingħandna. Dawn iż-żewġ kriterji huma bħall-pilastri tal-imħabba: l-opri u l-għoti.” Waqt li spjega s-sens ta’ dawn iż-żewġ kriterji, il-Qdusija Tiegħu innota li l-għoti ta’ Ġesù huwa spjegat sewwa fil-figura tas-sammaritan it-tajjeb. “Illum - qal - il-liturġija turina l-imħabba ta’ Alla fil-figura tar-ragħaj. Fil-kantiku responsorjali għidna dak is-salm [22]: Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi. Il-Mulej jimmanifesta ruħu lill-poplu tiegħu anke bħala ragħaj.”

Imma, staqsa l-Papa, “kif jaġixxi ta’ ragħaj il-Mulej?” U ppuntwalizza: “Il-Mulej jgħidilna tant affarijiet, imma jien se nieqaf fuq tnejn minnhom biss. L-ewwel tinsab fil-ktieb tal-profeta Eżekjel: Hekk hu jien stess infittex in-nagħaġ tiegħi, ngħaddihom fir-rassenja. Jgħaddihom fir-rassenja tfisser li jafhom ilkoll, imma b’isimhom. Ngħaddihom fir-rassenja. U Ġesù jgħidilna l-istess: Jien nafhom in-nagħaġ tiegħi. Dik in-nafhom waħda waħda, b’isimhom. Hekk jafna Alla: ma jafniex bħala grupp, imma waħda waħda. Għaliex - spjega mill-ġdid l-isqof ta’ Ruma - l-imħabba mhic imħabba astratta, jew ġenerali għal kulħadd; hija mħabba għal kull wieħed. U hekk iħobbna Alla.”

Dan kollu jittraduċi ruħu f’viċinanza: “Alla - innota l-Papa - għamel lilu nnifsu qribna. Niftakru dik il-biċċa sabiħa tad-Dewteronomju, din iċ-ċanfira amorevoli: Liema poplu kellu Alla hekk qrib tiegħu bħalkom?” Alla “li jqarreb lilu nnifsu għall-imħabba - żied - u jimxi mal-poplu tiegħu. U dan il-mixi jasal sa punt immaġinabbli: qatt ma jistà wieħed jaħseb li l-istess Mulej jagħmel lilu nnifsu wieħed minna u jimxi magħna, u jibqà magħna, jibqà fil-Knisja tiegħu, jibqà fl-Ewkaristija, jibqà f’kelmtu, jibqà fil-foqra u jibqà magħna waqt li nimxu. Din hija l-viċinanza. Ir-ragħaj qrib il-merħla tiegħu, in-nagħaġ tiegħu li jaf waħda waħda.”

Waqt li waqaf fuq l-atteġġjament l-ieħor tal-imħabba ta’ Alla, il-Papa innota li jitkellmu dwaru kemm “il-profeta Eżekjel, kif ukoll il-Vanġelu: Inmur infittex in-nagħga l-mitlufa u nġib lura lejn il-maqjel il-mitlufa, ninfaxxa lil dik feruta u nikkura lil dik marida, nieħu ħsieb il-ħoxna u lil dik b’saħħitha, nirgħajhom bil-ġustizzja, bil-ħlewwa. Il-Mulej iħobbna bis-sensibiltà. Il-Mulej jaf dik ix-xjenza sabiħa taż-żegħil. Il-ħlewwa ta’ Alla: ma jħobbniex bil-kliem; huwa jersaq qrib u waqt li jkun qrib jagħtina mħabbtu bis-sensibiltà kollha possibbli. Il-viċinanza u s-sensibiltà mela huma mela “iż-żewġ modi tal-imħabba tal-Mulej, li jersaq qrib u jagħti mħabbtu kollha anke fl-iżgħar ħwejjeġ bis-sensibiltà.” Madankollu din hija “mħabba qawwija. Għaliex il-viċinanza u s-sensibiltà iġegħluna naraw il-qawwa tal-imħabba ta’ Alla.”

“Anke mħabbitna - dan jgħidulna l-Mulej:: Tħobbu intom bħal ma ħabbejtkom jien? - hemm bżonn li tqarrabna lejn il-proxxmu u tagħmilna sensibbli bħal ma kien dak tas-sammaritan it-tajjeb, jew bħal dik fil-parabbola li l-Knisja llum tippreżentalna fil-vanġelu” żied il-Papa. Imma aħna kif nistgħu nagħtu lura lill-Mulej “ tant affarijiet sbieħ, tant imħabba, din il-viċinanza, din is-sensibiltà?” Bla dubju ta’ xejn, qal il-Papa, nistgħu ngħidu: Iva, billi nħobbuh, insiru viċin tiegħu, sensibbli bħalu. Iva, dan hu minnu, imma mhix il-ħaġa l-iktar importanti. Tistà tidher ereżija imma hija l-ikbar verità: iktar diffiċli milli tħobb lil Alla huwa li nħallu li nkunu maħbuba minnu! Ħuwa dan il-metodu biex inroddulu tant imħabba: niftħu qlubna u nħallu li nkunu maħbuba. Inħallu li hu isir qrib tagħna. Inħallu li jkun sensibbli, jikkarezzana.” Dan, ikkonkluda l-Papa, “huwa  tant diffiċli: inħallu li nkunu minnu maħbuba. U dan huwa forsi dak li jmissna nitolbu llum fil-quddiesa: Mulej jien irrid inħobbok imma għallimni x-xjenza diffiċli, l-abitudni diffiċli li nħalli lili nnifsi nkun maħbub minnek, li nħossok qrib u li nħossok sensibbli.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.