Rinnovament bla biżà

Is-Sibt, 6 ta’ Lulju 2013

 

Stedina biex inħallu lilna nfusna niġġeddu mill-Ispirtu Santu, biex ma nibżgħux mill-ġdid, biex ma nibżgħux mir-rinnovament fil-ħajja tal-Knisja kienet espressa mill-Papa Francesco waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu, is-Sibt 6 ta’ Lulju, fid Domus Marthae, l-aħħar waħda, qabel il-pawsa tas-Sajf, iċċelebrata fil-preżenza ta’ gruppi partikulari u fuq kollox ta’ dipendenti vatikani.

Waqt li kkummenta l-vanġelu tal-jum (Mattew 9, 14-17) il-Papa poġġa l-aċċent fuq l-ispirtu nnovattiv li kien janima lil Ġesù. “Per eżempju - innota - Ġesù kien jgħid: ‘il-liġi tippermetti li tobgħod lill-għadu, obgħod lill-għadu; imma jiena ngħidilkom itolbu għall-għadu, la tobogħdux’.” Preċett li kien japplika wkoll quddiem ħwejjeġ li kienu jidhru ftit li xejn ġusti. Per eżempju, kif irrakkontat fis-silta evanġelika, il-kustjoni tas-sawm. “Ġesù - spjega l-Papa - kien iħeġġeġ is-sawm, imma b’ċerta libertà. Infatti diversi dixxipli ta’ Ġwanni kienu għamlulu din il-mistoqsija: għaliex aħna nsumu u d-dixxipli tiegħek dan ma jagħmluhx?” Il-fatt hu li “id-duttrina tal-liġi b’Ġesù tiġi mogħnija, tiġġedded. Ġesù jġedded l-affarijiet kollha, iġedded l-affarijiet.” Mill-bqija huwa “l-istess Ġesù li jgħid: ‘Jiena nġedded l-affarijiet kollha.’ Bħallikieku kienet il-vokazzjoni tiegħu li jġedded kollox. U dan huwa r-Renju ta’ Alla li Ġesù jippriedka. Huwa rinnovament, tassew rinnovament. U dan ir-rinnovament huwa l-ewwel u qabel kollox ġewwa qalbna.”

Lil min jaħseb li l-ħajja tan-nisrani tikkonsisti biss f’sensiela ta’ sodisfażżjonijiet, il-Papa Francesco fakkar li “li tkun nisrani jfisser li tħalli lilek innifsek tiġġedded minn Ġesù f’ħajja ġdida.” Biex tkun nisrani tajjeb, speċifika, “mhux biżżejjed li tgħid: ‘il-Ħdud kollha mill-ħdax sa nofsinhar inmur għall-quddies, u nagħmel dan u dan’ bħallikieku kienet xi kollezzjoni. Il-ħajja nisranija mhix xi muntaġġ ta’ affarijiet. Hija totalità armonjuża, opra tal-Ispirtu Santu. Iġedded kollox. Iġedded qalbna, ħajjitna u jġibna ngħixu bi stil differenti,” totalizzanti. “Ma tistax tkun nisrani tal-biċċiet,  part time - qal il-Papa -. Li nkunu nsara part time mhux sewwa,” hemm bżonn li nkunu “fit-totalità u l-ħin kollu.”

Li tkun nisrani “ma jfissirx tagħmel affarijiet - irripeta l-isqof ta’ Ruma -. Ifisser li nħallu li niġġeddu mill-Ispirtu Santu. Hekk hu, jew biex nużaw il-kliem ta’ Ġesù ifisser li nsiru nbid ġdid. In-novità tal-Vanġelu, hija novità fl-istess liġi inerenti fl-istorja tal-fidwa.” U din hija novità li tmur ‘il hemm mill-persuni tagħna u ġġedded l-istrutturi. Għal dan Ġesù jgħid: ‘għall-inbid il-ġdid huma meħtieġa damiġġjani ġodda.’ Fil-ħajja nisranija, kif ukoll fil-ħajja tal-Knisja, hemm strutturi fraġli. Hemm bżonn li nirrinovawhom. Il-nisja dejjem kienet attenta għad-djalogu mal-kulturi” u tfittex li ġgedded lilha nfisha biex twieġeb għad-diversi esiġenzi ddettati mill-postijiet, miż-żminijiet u mill-persuni. Dan huwa xogħol “li l-Knisja dejjem għamlet, sa mill-ewwel waqt. Niftakru fl-ewwel ġlieda tejoloġika: biex issir nisrani huwa neċessarju li twettaq il-prattiki kollha Lhud jew le? Le, qalu li le.”

Ukoll il-ġentili, spjega l-Papa, jistgħu jidħlu fil-Knisja u jirċievu l-Magħmudija. Il-Knisja, żied, dejjem hekk imxiet ;il quddiem, billi ħalliet li jkun l-Ispirtu Santu li jirrinova l-istrutturi. U għallmet biex “ma nibżgħux min-novità tal-Vanġelu li l-Ispirtu Santu jagħmel fina, la tibżgħux mir-rinnovament tal-istrutturi. Il-nisja hija libera. Imexxiha ‘l quddiem l-Ispirtu Santu. Huwa dan li Ġesù llum jgħallimna fil-vanġelu: il-libertà meħtieġa biex dejjem insibu n-novità tal-vanġelu f’ħajjitna kif ukoll fl-istrutturi. Il-libertà li nagħżlu damiġġjani ġodda għal din in-novità. In-nisrani huwa raġel jew mara liberi, b’dik il-libertà ta’ Ġesù Kristu. Mhuwiex ilsir ta’ drawwiet, ta’ strutturi.”

 Dak li dejjem iressaq dawn in-novità, kompla l-Papa, huwa minn dejjem l-Ispirtu Santu. Il-Papa mbagħad fakkar il-jum tal-Pentekoste, waqt li saħaq dwar il-preżenza ta’ Marija maġemb l-appostli. “Fejn hemm l-omm l-ulied jinsabu sikuri” u waqt li ġab fi tmiemha l-omelija l-Isqof ta’ Ruma stieden biex tintalab “il-grazzja li ma nibżgħux min-novit! Tal-Vanġelu, biex ma nibżgħux mir-rinnovament li jagħmel l-Ispirtu Santu, biex ma nibżgħux inħallu jiġġarrfu l-istrutturi fraġli li jżommuna kalzrati. U jekk nibżgħu nagħrfu li magħna hemm l-omm.” Bħal ma jagħmlu l-ulied li jfittxu kenn f’dirgħajn l-omm, hekk “meta ninħakmu minn xi ftit biżà inmorru għandha. U hi, bħal ma tgħid l-iktar antifona antika, ‘tgħattina bil-mant tagħha, bil-protezzjoni tagħha ta’ Omm’.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.