Ħniena, festa u tifkira

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju 2013

 

 

Inħallu lilna nfusna biġu mgħassa mill-ħniena ta’ Ġesù; nagħmlu festa miegħu; inżommu ħajja it-“tifkira” tal-waqt li fih ltqajna f’ħajjitna mal-fidwa. Din hija l-istedina tripla li ħarġet mir-riflessjoni tal-Papa Francesco waqt il-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Fost il-konċelebranti kien hemm il-kardinal Jorge Liberato Urosa Savino, arċisqof ta’ Caracas. Preżenza li l-Papa, fil-bidu tar-rit, ried jenfasizza waqt li fakkar li llum taħbat il-festa nazzjonali tal-Venezuela.

Waqt l-omelija l-Papa kkummenta dwar is-silta tal-vanġelu ta’ Mattew (9, 9-13) li fiha l-awtur jitkellem dwar il-propja konverżjoni: il-ġabbar tat-taxxi li Ġesù jsejjaħ biex ikun parti mit-tnax. Il-messaġġ li Ġesù irid jagħti - spjega l-Papa - huwa meħud “mit-tradizzjoni tal-poplu ta’ Iżrael. Messaġġ profetiku, imma li l-poplu dejjem kellu diffikoltà biex jifhmu: ħniena rrid u mhux sagrifiċċji.” Infatti dan Alla tagħna huwa Alla tal-ħniena. Dan jidher ċar fil-biċċa ta’ Mattew, spjega l-Papa Francesco, li “mhix parabbola:” huwa fatt storiku, “dan seħħ.”

Il-Papa Francesco irrevoka l-immaġni ta’ Ġesù li jgħaddi fost “dawk li jirċievu l-flus tat-taxxi u mbagħad kienu jeħduhom lir-Rumani.” Dawn, ġibed l-attenzjoni, kienu kkunsidrati bħala rġiel ftit li xejn rakkomandabbli, għaliex “midimbin doppji: imwaħħlin mal-flus u wkoll tradituri ta’ pajjiżhom.” Fosthom kien hemm Mattew, “ir-raġel bilqiegħda mal-bank tat-taxxi.” Ġesù jħares lejh u dik il-ħarsa ġgegħlu jsib ġewwa fih “xi ħaġa ġdida, xi ħaġa li ma kienx jafha.” Il-“ħarsa ta’ Ġesù, spjega l-Qdusija Tiegħu, iġgegħlu jħoss “stagħġib” intern; iġġegħlu jismà “l-istedina ta’ Ġesù: imxi warajja.” U f’dak l-istess waqt Mattew “jintelà bil-ferħ.” Insomma, ikkummenta l-Papa waqt li rrevoka pittura famuża tal-Caravaggio, għal Mattew “kien biżżejjed mument biss” biex jifhem li dik il-ħarsa kienet bidlitlu ħajtu għal dejjem. F’dak il-waqt preċiż, “Mattew jgħid iva; iħalli kollox u jmur mal-Mulej. Huwa l-waqt tal-ħniena riċevuta u aċċettata: ġej miegħek.”

Għall-ewwel mument tal-laqgħa, li tikkonsisti f’”esperjenza spiritwali profonda,” isegwi ieħor: dak tal-festa. Ir-rakkont evanġeliku nfatti jkompli bid-deskrizzjoni ta’ Ġesù bilqiegħda mal-mejda flimkien ma’ pubblikani u midimbin, għal “festa” - ikkummenta l-Papa Francesco - ma’ dawk kollha li ma kinux preċiżament il-krema tas-soċjetà.” Imma din għall-Papa “hija l-kontradizzjoni tal-festa ta’ Alla: il-Mulej jagħmel festa flimkien mal-midimbin,2 waqt li rarament jagħmilha mal-ġusti. Għal dan il-għan il-Papa fakkar il-kapitolu 15 tal-vanġelu ta’ Luqa fejn jgħid b’mod l-iktar ċar li jkun hemm iktar festa fis-sema għal midneb ikkonvertit, milli għal disgħa u disgħin ġust li jkollhom bżonn konverżjoni. U. Iktar ‘il quddiem, fl-istess kapitolu jirrakkonta dwar dak il-missier li jagħmel festa għar-ritorn ta’ ibnu midneb. Hekk hu allura li l-festa hija għall-Papa Francesco “tassew importanti,” għaliex tiffesteġġja l-laqgħa ma’ Ġesù, il-ħniena ta’ Alla: “Huwa jħares bi ħniena, ibiddel il-ħajja u jagħmel festa.”

Imma l-ħajja mhix kollha kemm hi festa. Dan jafu sewwa l-Papa Bergoglio li tul l-esperjenza pastorali tiegħu ta’ saċerdot u ta’ isqof - kif stqarr waqt iċ-ċelebrazzjoni - spiss sab lilu nnifsu jitlob: “missier, wara dawn iż-żewġ waqtiet, l-istagħġib tal-laqgħa u l-festa, il-ħajja kollha tkun festa?” It-tweġiba, qal il-Papa, hija “le” għaliex “il-festa hija li tibda triq ġdida,” imma mbagħad irid ikun hemm “ix-xogħol ta’ kuljum , li jrid ifornixxi bit-tifkira ta’ dik l-ewwel laqgħa.” Propju bħal ma seħħ fil-ħajja ta’ Mattew, li “dan ix-xogħol kien għamlu. Billi mar jippriedka l-vanġelu.” F’dan il-każ, ippuntwalizza l-Papa, m’għandux x’jaqsam “mument”; għandu x’jaqsam “żmien”, li jibqà jinfirex “sa tmiem il-ħajja.”

Imma, staqsa l-Papa, minn xiex irridu nagħmlu tifkira? Propju “ta’ dawk il-fatti, ta’dik il-laqgħa ma’ Ġesù li bidlitli ħajti, li kellu ħniena, li kien hekk twajjeb miegħi - kienet it-tweġiba - u qalli wkoll: stieden lil ħbiebek midimbin sabiex nagħmlu festa.” Infatti t-tifkira ta’ dik il-ħniena u ta’ dik il-festa “tagħti qawwa lil Mattew u lil dawk kollha” li ddeċidew li jsegwu lil Kristu “biex ikomplu javanzaw.” Dan, żied il-Papa, hemm bżonn li niftakruh dejjem, bħal meta nonfħu fuq il-ħatab biex inżommu ħaj in-nar.

Waqt li għaqqad il-fil tad-diskors il-Qdusija Tiegħu mela ndividwa “żewġ waqtiet  u żmien: il-waqt tal-laqgħa, fejn Mattew isib ruħu b’Ġesù jħares lejh b’dik il-ħarsa ta’ ħniena, u l-waqt tal-festa, sabiex jibda l-mixja; u ż-żmien tat-tifkira, it-tifkira ta’ dawk il-fatti.” Ukoll għaliex il-predikazzjoni ta’ Kristu kienet mixja “tul it-toroq ifittex il-foqra, il-morda” biex jagħmel “festa magħhom.” Festa li ried jestendi wkoll għall-midimbin, waqt li ġibed fuqu kritiki numerużi. Imma t-tweġiba tiegħu nafuha: “Morru biex titgħallmu x’ried jgħid: ‘Ħniena jien irrid u mhux sagrifiċċji.’ Jiena ma ġejtx infatti biex insejjaħ lill-ġusti, imma l-midimbin.” B donnu ried jgħid - ikkonkluda l-Papa Francesco - “dak li jidhirlu li hu ġustm li jsajjar lilu nnifsu fil-brodu tiegħu stess. Huwa ġie għalina, midimbin.”

 

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.