Taħt il-wiċċ tal-Eżistenza

L-Erbgħa, 5 ta’ Ġunju 2013

 

Għall-persuni li jgħixu “taħt il-wiċċ tal-eżistenza,” f’kundizzjonijiet “fil-limiti,” u li tilfu t-tama talab il-Papa Francesco waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu, l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Fost l-oħrajn, ikkonċelebraw miegħu il-kardinal Antonio Cañizares Llovera, prefett tal-Kongregazzjoni għall- Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti, u patri Anthony ward, sottosegretarju, li kienu qegħdin jakkumpanjaw u ffiċjali u dipendenti tad-dikasteru. Fost il-preżenti wkoll grupp tal-Bibjoteka Apostolika Vatikana flimkien mal-prefett, il-monsinjur Cesare Pasini.

L-istedina biex indawru ħsiebna lejn tant li jesperimentaw sitwazzjonijiet ta’ abbandun u “ta’ tbatija eżistenzjali” kienet issuġgerita mill-qari liturġiku. Fl-ewwel qari, meħud mill-ktieb ta’ Tobija (3, 1-11. 16-17), il-Papa għaraf fl-esperjenzi ta’ Tobija u Sara l-istejjer ta’ żewġ persuni sofferenti, fil-limitu tad-disperazzjoni, jilagħbuha bejn mewt u ħajja. It-tnejn jinsabu jfittxu “mod ta’ ħelsien,” li jsibu fost it-tgergir. “Huma ma jidgħux, imma jgergru” saħaq il-Qdusija Tiegħu.

“Li tgerger quddiem Alla mhuwiex dnub” sostna l-Papa. U minnufih wara rrakkonta: “Saċerdot, li jiena nafu, darba qal lil waħda mara li kien igerger quddiem Alla minħabba d-diżastri tiegħu: Imma sinjura, dik hija forma ta’ talb, kompli. Il-Mulej jismà id-tgergir tagħna.” Il-Papa imbagħad fakkar l-eżempju ta’ Ġobb u ta’ Ġeremija li, huwa nnota, “jaslu li jgergru anke b’saħta: nhux tal-Mulej, imma għal dik is-sitwazzjoni.” Mill-bqija, żied, it-tgergir “huwa ħaġa umana,” anke għaliex “huma tant il-persuni li jinsabu f’dan l-istat ta’ tbatija eżistenzjali.” U waqt li irrifera għar-ritratt tat-tfajjel mhux mitmugħ ippubblikat il-bieraħ filgħaxija fuq il-paġna ta’ quddiem tal-Osservatore Romano, staqsa: “Kemm hawn minnhom? Naħsbu fis-Sirja, fir-refuġjati, dwar dawn kollha?” U “naħsbu dwar l-isptarijiet: kemm b’mard terminali, isofru dan?”

It-tweġiba kienet offruta minn Papa Francesco meta rrifera għat-tielet personaġġ propost fil-liturġija tallum: il-mara deskritta fis-silta evanġelika (Marku, 12, 18-27). Waqt li daru fuq Ġesù s-saduċej ippreżentawha, saħaq il-Papa, bħallikieku f’laboratorju, mhux mimsus, każ ta’ morali.” Għall-kuntrarju “meta aħna nitkellmu dwar dawn il-persuni, li jinsabu f’sitwazzjonijiet fix-xifer,” hemm bżonn li nagħmluh “bil-qalb qrib tagħhom;” hemm bżonn li naħsbu “dwar dawn in-nies, li tant ibatu, b’qalbna, b’laħġamna.” U qal biex ma napprezzawx “meta nitkellmu dwar dawn is-sitwazzjonijiet b’mod akkademiku u xejn uman,” waqt li nirreferu biss għal statistiċi. “Fil-Knisja hemm tant nies f’din is-sitwazzjoni” u gmin jistaqsi x’jistà jsir it-tweġiba tal-Papa tal-Papa hija “dak li jgħid Ġesù: itolbu, itolbu għalihom.” Il-persuni li jbatu - spjega - “hemm bżonn li jidħlu f’qalbi, hemm bżonn li jkunu nkwiet għalija. Ħija qed ibati, oħti qiegħda tbati; hawn hu l-misteru tax-xirka tal-qaddisin. Titlob: Mulej ara dak, jibki, ibati. Titlob, ippermettuli ngħidha, bil-laħam.” Nitolbu b’laħamna, mela, “mhux bl-ideat; nitolbu bil-qalb” tenna.

Fl-aħħar il-Papa wera biċ-ċar kif fl-ewwel qari hemm “daqsxejn ta’ kelma li tiftaħ il-bieb tat-tama” u li tistà tgħin fit-talb. Din hija l-espressjoni  2fl-istess waqt”: meta Tobija kien jitlob, “fl-istess waqt” sara kienet titlob; u “fl-istess waqt” it-talba tat-tnejn intlaqgħet quddiem il-glorja tal-Mulej. “It-talb - qal il-Papa - dejjem jasal fil-glorja ta’ Alla. Dejjem, meta hu talb tal-qalb.” Mill-banda l-oħra, meta nħarsu biss għas-ditwazzjoni tat-tbatija bħala “każ morali,” dan “ma jasal qatt, għaliex ma joħroġ qatt minna, ma jinteresssaniex, huwa logħba ntellettwali.”

Minn hawn l-istedina biex naħsbu dwar il-batuti. Din hija kondizzjoni li Ġesù jaf sewwa, saħansitra sal-limitu estrem tal-abbandun fuq is-salib. “Nitkellmu ma’ Ġesù llum fil-quddiesa - temm jgħid Papa Francesco - dwar dawn ħutna kollha li tant ibatu, li jinsabu f’din is-sitwazzjoni. Sabiex talbna jasal u jkun hemm ftit tat-tama għalina lkoll.”

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.