F’isem Ġesù

Il-Ġimgħa, 5 ta’ April 2013

 

L-isem biss ta’ Ġesù huwa s-salvazzjoni tagħna. Hu biss jistà jsalvana. U ħadd iktar. Wisq inqas is-“sħaħar” moderni bil-profeziji mprobabbli  tal-karti tal-logħob li jsaħħruna u jilludu bil-bniedem modern. Propju fuq l-isem ta’ Ġesù l-Papa Francesco iċċentra r-riflessjoni proposta fl-għodwa tal-5 ta’ April, il-Ġimgħa tal-ottava tal-Għid, fil-quddiesa ċċelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, fil-preżenza tas-sedjarji pontifiċji u ta’ responsabbli, dipendenti u reliġjużi tal-Fatebenefratelli li jaħdmu fl-Ispiżerija vatikana.

Il-Papa ħa spunt b’mod partikulari mill-ewwel qari, meħud mill-Atti tal-Appostli (4, 1-12), biex jirrifletti fuq il-valur u s-sinifikat tal-isem ta’ Ġesù. Is-silta tirrakkonta l-episodju ta’ Pietru u Ġwanni li, arrestati għaliex “ħabbru f’Ġesù il-qawmien mill-imwiet,” jiġu mkarkrin quddiem is-Sinedriju. Għall-mistoqsija fuq għaliex kienu fejqu liz-zopp qrib il-bieb tat-Tempju, Pietru wieġeb: “Għamilnieh fl-isem ta’ Ġesù Kristu.” Fl-isem ta’ Ġesù, irripeta l-Papa, waqt li żied: “Hu hu s-Salvatur; dan l-isem, Ġesù. Meta wieħed jgħid Ġesù, huwa propju hu,” jiġifieri dak li jagħmel il-mirakli. “U dan l-isem jakkumpanjana fil-qalb.”

Ukoll fil-vanġelu ta’ Ġwanni, żied il-Papa, l-appostli, mħawdin “għaliex ma kienu qabdu xejn tul il-lejl kollu meta l-Mulej talabhom xi ħaġa x’jieklu,” weġbuh li le b’mod aktarx kemmxejn goff. Imma meta l-Mulej qalilhom ‘itfgħu x-xibka fuq il-lemin tad-dgħajsa u ssibu,’ forsi ħasbu għal dik id-darba li fiha l-Mulej kien qal lil Pietru biex imur jistad u huwa kien propju wieġbu: ‘Ma qbadna xejn il-lejl kollu imma f’ismek jiena se nmur!’

Imbagħad waqt li reġà lura lejn l-Atti tal-Appostli, il-Papa Francesco spjega li “Pietru jirrivela verità meta jgħid ‘għamilnieh fl-isem ta’ Ġesù’” għaliex huwa jwieġeb ispirat mill-Ispirtu Santu. Infatti, aħna, kompla, “Ma nistgħux nistqarru lil Ġesù, ma nistgħux nitkellmu dwar Ġesù, ma nistgħu ngħidu xejn dwar Ġesù mingħajr l-Ispirtu Santu.” Huwa propju l-Ispirtu Santu li “jimbuttana biex nistqarru lil Ġesù jew biex nitkellmu dwar Ġesù jew biex ikollna fiduċja f’Ġesù.” U huwa propju hu li jkun qribna “fil-mixja ta’ ħajjitna, dejjem.”

Il-Papa imbagħad irrakkonta esperjenza personali tiegħu, marbuta ma’ tifkira ta’ raġel, missier tmin ulied, li jaħdem fil-kurja arċiveskovili ta’ Buenos Aires. “Qabel ma joħroġ, qabel ma kien imur biex jagħmel xi ħaġa li kien ikollu jagħmel - qal - kien dejjem ilissen bejnu u bejn ruħu: ‘Ġesù’. Darba minnhom staqsejtu: ‘Imma għaliex dejjem tgħid Ġesù?’ ‘Meta jien ngħid Ġesù,’ weġibni dan ir-raġel umli, inħossni qawwi, inħossni li nistà naħdem, giex naf li hu jkun maġembi, li hu jieħu ħsiebi’.” Madankollu, saħaq il-Papa, dan ir-raġel “ma studjax tejoloġija: għandu biss il-grazzja tal-Magħmudija u l-qawwa tal-Ispirtu.” U èdin ix-xhieda tiegħu - fada l-Papa Francesco ma’ dawk preżenti - lili għamlitli tant tajjeb. L-isem ta’ Ġesù. Mhemm ebda isem ieħor. Forsi jagħmlilna tajjeb ilkoll” li ngħixu f’”dinja li toffrilna tant ‘salvaturi’.”

Kultant, “meta jkun hemm diversi problemi - innota - il-bnedmin jafdaw ruħhom mhux lil Ġesù, imma għal realtajiet oħra,” saħansitra jirrikorru għal sħaħar sedutturi “sabiex isolvu s-sitwazzjonijiet,” jew inkella “jmorru jikkonsultaw il-karti tax-xorti” biex ikunu jafu x’għandhom jagħmlu. Imma mhux billi nirrikorru għand is-sħaħar u għall-karti tax-xorti li nsibu ssalvazzjoni: din tinsab “fl-isem ta’ Ġesù. U hemm bżonn li nagħtu xhieda ta’ dan! Hu huwa l-uniku salvatur.”

Il-Papa imbagħad irrifera għar-rwol tal-Verġni Marija. “Il-Madonna - qal il-Papa - teħodna dejjem għand Ġesù. Sejħu lill-Madonna, u hi tagħmel dak li għamlet ġewwa Kana: ‘Agħmlu dak li jgħidilkom hu!’.” Hi “twassalna dejjem għand Ġesù. Hija l-eewel li taġixxi fl-isem ta’ Ġesù.” Fl-aħhar il-Papa Francesco ikkonkluda billi esprima xewqa: “Irrid li f’dan il-jum, li huwa jum fost il-ġimgħa tal-qawmien tal-Mulej, naħsbu dwar dan: Jiena nafda lili nnifsi

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb