Nitgħallmu l-lingwaġġ tat-tfal

It-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2013

 

Il-Papa Francesco reġà tkellem dwar il-korruzzjoni. Dalgħodu, it-Tlieta 4 ta’ Ġunju, ippropona riflessjoni dwar il-lingwaġġ li s-soltu jużaw il-korrotti, jiġifieri dak tal-ipokrezija: l-istess wieħed, qal, użat minn Satana fid-deżert meta ttanta lil Ġesù. Il-qal dan waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, ikkonċelebrata, fost l-oħrajn, mill-bejatitudni tiegħu Nerses Bedros XIX Tarmouni, Patrijarka ta’ Ċiliċja tal-Armeni, u l-Arċisqof Jean-Louis Bruguès, arkivista u biblijotekarju tal-Imqaddsa Knisja Rumana, li kien qed jakkumpanja grupp ta’ dipendenti tal-Biblijoteka Apostolika Vatikana

Il-Papa waqt l-omelija ttratta spunt mill-paġna tal-vanġelu ta’ Marku (12, 13-17) li fiha l-evanġelista jirrakkonta t-tentattiv biex jitwaqqà f’nassa Ġesù li ntasbet minn “diversi Fariżej u diversi Erodjani”: diversi biss għaliex - saħaq il-Papa - “Mhux ilkoll kienu kattivi.” Huma “ marru gHand Ġesù biex jaqbduh fl-iżball. Għamlu ta’ birruħhom li jafu l-verità, imma l-intenzjoni kienet oħra, li jdaħħluh f’nassa. Marru u qalu: “Mgħallem aħna nafu li int tgħid is-sewwa u m’għandek suġġezzjoni minn ħadd għaliex int ma tħarisx fil-wiċċ ta’ ħadd, giex tgħallem il-verità ta’ Alla skont il-verità.” Huma, iżda, ma kinux jemmnu f’dak li kienu jgħidu. Kienet daħka fil-wiċċ.” Dan “huwa propju l-kliem tal-adolatur, li jmur bi kliem artab, bi kliem sabiħ, bi kliem ħelu żżejjed.”

 Il-bieraħ - fakkar il-Qdusija Tiegħu - “tkellimna dwar il-korrotti. Illum għandna l-lingwaġġ tal-korrotti. X’inhi l-lingwa tagħhom? Din: il-lingwa tal-ipokresija. Dan ma ngħiduhx aħna, ma ngħidux jien, imma Ġesù, li kien jaf sewwa l-ipokresija tagħhom.” L-ipokresijam kompla jisħaq, hija “l-lingwa tal-korrotti. Dawn ma jħobbux il-verità. Iħobbu biss lilhom infushom u hekk jippruvaw jingannaw, idaħħlu lil dak li jkun fit tqarriq, fil-gideb tagħhom. Għandhom il-qalb giddieba; ma jistgħux jgħidu l-verità. L-istess lingwaġġ li uża Satana wara s-sawma fid-deżert: għandek il-ġuħ: din il-ġebla tistà tibdilha f’ħobż; u mbagħad: għaliex dan ix-xogħol kollu, inxteħet minn fuq it-tempju għal isfel. Dan il-lingwaġġ li jidher perswassiv, iwassal għall-iżball, għall-gidba.”

Hekk dawk il-fariżej li - kompla l-Papa waqt li reġ1 dar fuq ir-rakkont evanġeliku - li huma “hekk fabbli fil-lingwaġġ, huma l-istess li jmorru biex jaħtfuh fil-ġnien taż-żebbuġ  il-Ħamis filgħaxija u li jġorruh quddiem Pilatu il-Ġimgħa. U ma’ Pilatu jużaw l-istess idjoma: aħna għandna biss re wieħed li huwa Ċesare.” Dan il-lingwaġġ huwa tentattiv ta’ “persważjoni dijabolika.” Fil-fatt, dawk li f’dak il-waqt “faħħru” lil ristu, “jispiċċaw biex jittraduh u jibagħtuh għas-salib. Ġesù jħarsilhom dirett f’wiċchom, jgħidilhom dan: ipokriti.”

L-ipokresija, mela, hija l-lingwaġġ tal-korruzzjoni. U żgur mhux “il-lingwaġġ tal-verità, għaliex il-verità - ippreċiża l-isqof ta’ Ruma - qatt ma tmur weħedha: tmur dejjem mal-imħabba. Mhemmx verità mingħajr imħabba. L-imħabba hija l-ewwel verità. U jekk mhemmx imħabba mhemmx verità.” L-ipokriti għall-kuntrarju “iridu verità lsira tal-interessi propji.” Anke f’dawn hemm forma ta’ mħabba: imma hija “mħabba għalihom infushom,” speċi ta’ “idolatrija narċiżista li twassalhom biex jittradixxu lill-oħrajn u twassal għall-abbużi ta’ fiduċja.” Mill-banda l-oħra, “il-manswetudni li ù jrid minna m’għandha x’taqsam xejn ma’ din l-adulazzjoni, ma dan il-mod il-mod mimli zokkor kif timxi ‘l quddiem. Xejn. Il-manswetudni hija sempliċi, bħal dik ta’ tifel ċkejken; u tifel ċkejken mhuwiex ipokritu, għaliex mhuwiex korrott. Meta Ġesù jgħidilna: kliemkom għandu jkun:  iva, iva, le, le, b’qalb ta’tifel ċkejken, ikun qed jgħidilna l-kuntrarju ta’ dak li jgħidu l-korrotti.”

Ilkoll kemm aħna, ammetta l-Papa Francesco, fil-fatt għandna debbulizza nterna” u nieħdu gost “li jgħidu dwarna ħwejjeġ sbieħ.” U lkoll nieħdu gost, għaliex fl-aħħar minn l-aħħar daqsxejn vanità għandna lkoll. Il-korrotti dan jafuh u bil-lingwaġġ tagħhom “ifittxu li jdajfuna.” Mela “naħsbuha sewwa llum - irrakkomanda - liema hija l-lingwa tagħna: nitkellmu fil-verità bl-imħabba jew nitkellmu ftit b’dak il-lingwaġġ” li jwassalna biex ngħidu ħwejjeġ sbieħ li ma nħossux li huma hekk? “Li kliemna jkun evanġeliku” saħaq il-Qdusija Tiegħu. U “illum nitolbu lill-Mulej li dan tagħna jkun id-diskors tas-sempliċi, id-diskors ta’ tifel ċkejken, id-diskors ta’ ulied Alla: mela, id-diskors fil-verità tal-imħabba.”

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.