Tmiss il-pjagi biex tiddikkjara lil Ġesù

L-Erbgħa, 3 ta’ Lulju 2013

 

Hemm bżonn li noħorġu minna nfusna u nmorru fuq it-toroq tal-bniedem biex niskopru li l-pjagi ta’ Ġesù għadhom viżibbli wkoll illum fuq il-ġisem ta’ dawk l-aħwa kollha li għandhom il-ġuħ, l-għatx, li huma arwenin, umiljati, skjavi, li jinsabu l-ħabs u fl-isptar. U propju li nmissu dawn il-pjagi, nakkarezzawhom, huwa pussibbli li “naduraw lil Alla veru f’nofsna.”

L-anniversarju tal-festa ta San Tumas appostlu offra lill-Papa Francesco l-okkażjoni li jerġà lura fuq il-konċett li hu partikolarment għal qalbu: inpoġġu jdejna fil-ġisem ta’ Ġesù. Il-ġest ta’ Tumas li jpoġġi sebgħu fil-pjagi ta’ Ġesù rxuxtat kienet infatti t-tema ċentrali tal-omelija magħmula waqt il-quddiesa ċcelebrata dalgħodu, l-Erbgħa 3 ta’ Lilju, fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae. Mal-Papa kkonċelebra fost l-oħrajn il-kardinal Jean-Louis Tauran, president tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Interreliġjuż, li kien qed jakkumpanja grupp ta’ dipendenti tad-dikasteru.

Wara l-qari (Efesin 2,19-22; Salm 116; Ġwanni 20,24-29) il-Qdusija Tiegħu waqaf b’mod speċjali fuq l-atteġġjament differenti meħud mid-dixxipli “meta Ġesù, wara l-Qawmien, ħallihom jarawh:” uħud kienu ferħana u kuntenti, oħrajn dubbjużi.

 M’emminx ukoll Tumas li lilu l-Mulej deher biss tmint ijiem wara dik l-ewwel dehra. “Il-Mulej - qal il-Papa waqt li spjega dan l-ittardjar - jaf meta u għaliex jagħmel l-affarijiet. Lil kull wieħed jagħti ż-żmien li huwa jemmen iktar opportun.” Lil Tumas tah tmint ijiem; u ried li fuq ġismu jerġgħu jidhru l-pjagi, minkejja li kien “nadif, tassew sabiħ, mimli dawl,” propju għaliex l-appostlu, fakkar il-Papa, kien qal li jekk ma jdaħħalx sebgħu fil-pjagi tal-Mulej ma kienx jemmen. “Kien ras iebsa! Imma l-Mulej - ikkummenta l-Papa - ried propju ras iebsa biex iġegħlna nifhmu xi ħaġa kbira. Tumas ra l-Mulej, kien mistieden ipoġġi sebgħu fil-pjaga tal-imsiemer, biex ipoġġi idu f’ġembu. Imma mbagħad ma qalx : ‘Tassew, il-Mulej qam.’ Le, mar iktar ‘il bogħod minn hekk, huwa qal: ‘Mulej tiegħi u Alla tiegħi.’ Huwa l-ewwel mid-dixxipli li jagħmel l-istqarrija tad-divinità ta’ Kristu wara l-qawmien, U adurah.”

Minn din l-istqarrija, spjega l-isqof ta’ Ruma, wieħed jifhem x’kienet l-intenzjoni ta’ Alla: waqt li jisfrutta n-nuqqas ta’ twemmin huwa wassal lil Tumas mhux tant li jwettaq   il-qawmien ta’ Ġesù, daqs kemm pjuttost id-divinità tiegħu. “U Tumas - qal il-Papa - jadura lill-Iben ta’ Alla. Imma biex jadura, biex isib lil Alla, l-Iben ta’ Alla kellu jdaħħal sebgħu fil-pjagi. Idaħħal idu f’ġembu. Din hija l-mixja.” Mhemmx oħra.

Naturalment  “fl-istorja tal-Knisja - kompla bl-ispjega tiegħu l-Papa - kien hemm diversi żbalji fil-mixja lejn Alla. Diversi emmnu li Alla l-ħaj, l-Alla tal-Insara” stajt issibu billi togħla ferm ‘il fuq fil-meditazzjoni.” Imma dan huwa “perikoluż; kemm jintilfu f’dik il-mixja u ma jaslux?” qal il-Papa. “Jaslu iva, forsi, għall-għarfien ta’ Alla, imma mhux ta’ Ġesù Kristu, Iben ta’ Alla, it-tieni Persuna tat-Trinità - ippreċiża- . Għal dak ma jaslux. Din hija l-mixja tal-Anjostiċi: huma tajbin, jaħdmu, imma dik mhix il-mixja ġusta, hija tassew ikkomplikata” u ma twassalx għal tmiem tajjeb.

Oħrajn, kompla l-Qdusija Tiegħu “ħasbu li biex jaslu għal Alla jridu jkunu tajbin, immortifikati, serji u għażlu t-triq tal-penitenza, il-penitenza biss, is-sawm. Lanqas dawn ma waslu għal Alla veru, għal Ġesù Kristu Alla Ħaj.” Dawn, żied il-Papa, “huma l-pelaġjani, li jemmnu li bl-isforz tagħhom jistgħu jaslu. Imma Ġesù jgħidilna dan: ‘Fil-mixja rajna lil Tumas.’ Imma kif nistà nsib il-pjagi ta’ Ġesù llum? Jien ma nistax narahom bħal ma rahom Tumas. Il-pjagi ta’ Ġesù issibhom billi tagħmel l-opri tal-ħniena, tagħti għall-ġisem, għall-ġisem u wkoll għar-ruħ, imma nsostni għall-ġisem ta’ ħuk ferut, għaliex għandu l-ġuħ, għaliex għandu l-għatx, għaliex imneżżà, għaliex umiljat, għaliex huwa lsir, għaliex jinsab il-ħabs, għaliex jinsab l-isptar. Dawk huma l-pjagi ta’ Ġesù llum. U Ġesù jitlobna nagħmlu att ta’ fidi lilu permezz ta’ dawn il-pjagi.”

Mhux biżżejjed, kompla żied il-Papa, li twaqqaf “fondazzjoni biex tgħin lil kulħadd,” lanqas tagħmel “tant affarijiet tajba biex tgħinhom.” Dan kollu huwa mportanti, imma jkun biss komportament ta’ filantropiċi. Għall-kuntrarju, qal il-Papa Francesco, “hemm bżonn li nmissu l-pjagi ta’ Ġesù, hemm bżonn li nżegħlu bil-pjagi ta’ Ġesù. Hemm bżonn li letteralment inbusu l-pjagi ta’ Ġesù.” Il-ħajja ta’ San Franġisk, fakkar, inbidlet meta ħaddan lil-lebruż għaliex “mess lil Alla ħaj u għex fl-adorazzjoni.” “Dak li Ġesù qed jitlobna nagħmlu bl-opri tal-ħniena tagħna - ikkonkluda l-Papa - huwa dak li Tumas kien talab: nidħlu fil-pjagi.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb