Kuraġġużi fid-dgħufija

It-Tlieta, 2 ta’ Lulju 2013

 

It-tentazzjoni, il-kurjożità, il-biżà u fl-aħħar il-grazzja. Huma erbà sitwazzjonijiet li jistgħu jivverifikaw meta nsibu ruħna quddiem diffikultà. Fuq kull waħda minnhom il-Papa Francesco tkellem waqt il-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, it-Tlieta 2 ta’ Lulju, waqt li rrifletta fuq il-paġni proposti tal-liturġija tal-jum (Ġenesi 19, 15-29; Salm 25; Mattew 8, 23-27). Fil-kappella tad-Domus Santae Marthae kienu preżenti, fost l-oħrajn, uffiċjali u kollaboraturi tal-Penitenzieria Apostolika, akkumpanjati mill-kardinal Manuel Montero de Castro, penitenzier maġġur - li wkoll ikkonċelebra mal-Papa -, u id-dipendenti tal-Pontifiċja Akkademja Ekklesjastika mal-arċisqof president Beniamino Stella, hu wkoll fost il-konċelebranti.

Il-Qdusija Tiegħu beda l-omelija propju billi għamel aċċent dwar is-singularità tal-liturġija tal-jum li, qal, iġgiegħel wieħed jaħseb dwar ċerti sitwazzjonijiet “konfliġġenti”, diffiċli li tiffaċċjahom. Li tirrifletti fuqhom, ippreċiża, “tagħmel tajjeb.”

L-ewwel atteġġjament huwa dak individwabbli fil-lentezza li biha Lot wieġed għall-istedina tal-anġlu li jgħidlu biex iħaffef ħalli jħalli belt qabel ma tinqered. Il-Papa għamel riferiment għall-episodju tal-qerda ta’ Sodoma u Gomorra, rrakkontatha fil-ktieb tal-Ġenesi, u dwar il-fidwa miksuba minn Abram għal Lot u l-familja tiegħu. Hu, spjega l-Papa, “kien deċiż li jħalli l-belt. Il-lejla ta’ qabel kien mar id-dar tal-għarajjes ta’ wliedu biex jikkonvinċihom jitilqu.” Mela kien deċiż sewwa, imma meta jasal il-mument tal-ħarba “jagħmel kollox bil-lajma, ma jħaffifx.” Lot “ried jitlaq, imma bil-mod il-mod” ukoll meta l-anġlu jgħidlu biex jaħrab. Din l-istedina, fakkar il-Papa, “Tirrepeti ruħha kemm-il darba fit-test: ‘aħrab, aħrab’” L-atteġġjament ta’ Lot, skont il-Papa jirrapreżenta “l-inkapaċità li niddist6akkaw ruħna mil-ħażen, mid-dnub. Aħna rridu noħorġu, deċiżi; imma hemm xi ħaġa li tiġbidna lura.” Dwar dan l-isqof ta’ Ruma sostna t-talba ulterjuri lill-Mulej ta’ Lot - “irnexxielu jinnegozja mal-anġlu” speċifika nfatti l-Papa -, jiġifieri li ma jkunx kostrett jaħrab fuq il-muntanji, imma lejn belt ċkejkna u mhux daqstant ‘il bogħod. “Jien naħseb - żied il-Papa biex jispjega l-atteġgjament ta’ Lot - li forsi kienet it-tentazzjoni li jkun ftit iktar fil-qrib” dak li ġiegħlu jressaq it-talba. Infatti “huwa ferm diffiċli taqtà minn ma’ sitwazzjoni ta’ dnub.” Imma “l-leħen ta’ Alla jgħidilna din il-kelma: ‘Aħrab. Int ma tistax tissielet hemm, għaliex in-nar, is-sulfur joqtluk. Aħrab!’” Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù, kompla l-Papa Francesco, “kienet tgħallimna li xi daqqiet quddiem diversi tentazzjonijiet l-unika soluzzjoni tkun li taħrab. La tistħux taħarbu, tagħrfu li aħna dgħajfin, u li hemm bżonn li naħarbu. U l-poplu tagħna fil-għaqal sempliċi tiegħu, dsan jgħiduy b’mod ftit li xejn ironiku: ‘Suldat li jaħrab iservi għal gwerra oħra’.”Dan iżda, ippreċiża l-Papa, għandu x’jaqsam ma’ “ħrib biex ngħaddu ‘l quddiem fit-triq ta’ Ġesù.”

It tieni atteġgjament huwa dejjem meħud mir-rakkont tal-ħarba ta’ Lot. “L-anġlu - fakkar il-Papa - jgħidilhom biex ma jħarsux lura: ‘Aħrab u la tħarisx lura, imxu ‘l quddiem.; Ukoll hawn huwa parir biex jissupera n-nostalġija tad-dnub.” Parir rikorrenti fil-Kelma ta’ Alla. Bħala eżempju il-Qdusija Tiegħu kkwota l-ħarba tal-poplu ta’ Alla fid-deżert: kellu kollox, kien qawwi fil-wegħdi magħmula mill-Mulej, kien jaf li xorta waħda kellu jitħabat biex jimxi ‘l quddiem, imma kien jaf ukoll bil-preżenza kostanti tal-Mulej maġembu. Madankollu komplew għaddejjin bin-nostalġija “tal-basal tal-Eġittu” waqt li nsew, fakkar, li dawk il-basal kienu jikluhom “fuq il-mejda tal-iskjavitù.” Imma f’dak il-waqt in-nostalġija kienet hekk qawwija li kienet ġgegħlhom jinsew kollox minbarra l-basal. “Il-parir tal-anġlu - saħaq il-Papa - huwa għaref: la tħarsux lura. Imxu ‘l quddiem!” U, f’dan il-punt, waqt li dar fuq dawk preżenti l-Papa qal: “Fit-talba ta’ qabel il-quddiesa tlabna lill-Mulej il-grazzja li ma nerġgħux naqgħu fid-dlam tal-iżball: ‘Mulej biex ma nerġgħux naqgħu;’ għal dan tgħinna l-ħarba.”

Kultant  però mhuwiex inqas biżżejjed li naqtgħu kull nostalġija “għaliex - wissa l-Papa Francesco - hemm ukoll it-tentazzjoni tal-kurżità. Huwa dak li ġara lill-mara ta’ Lot.” Mela quddiem id-dnub hemm bżonn li naħarbu bla nostalġija u niftakru li “l-kurżità ma sservix, tagħmel ħażin.” Taħrab u ma tħarisx lura għaliex aħna dgħajfin ilkoll u hemm bżonn li niddefendu lilna nfusna.”

It-tielet atteġġjament li dwaru tkellem il-Papa Francesco huwa dak tal-biżà. Ir-riferiment huwa l-episodju rrakkontat fil-vanġelu ta’ Mattew (8, 23-27), tad-dgħajsa li fuqha kienu jinsabu l-appostli u li minnufih tisfa maħkuma mit-tempesta. Id-dgħajsa kienet mgħottija bl-ilmijiet - fakkar il-Papa -. ‘Salvana Mulej! Aħna mitlufin!’ jgħidu huma. Il-biżà hija wkoll tentazzjoni tad-demonju. Ikollok il-biżà li tkompli miexi ‘l quddiem fit-triq tal-Mulej.” Tasal fil-punt li tippreferi tibqà wieqaf, ukoll jekk maħkum mill-iskjavitù, għaliex iva qed tibżà timxi ‘l quddiem: “’Nibżà fejn jistà jeħodni l-Mulej.’ Il-biża mhux kunsillier tajjeb. Ġesù dan qalu diversi drabi: “La tibżgħux.” Il-biżà ma jgħinniex,” qal il-Papa.

Ir-rabà! Atteġġjament huwa riferut għall-grazzja tal-Ispirtu Santu, immanifestata “meta Ġesù jreġġà lura l-kalma l-kbir fuq wiċc il-baħar. U lkoll jibqgħu mistagħġba.” Mela quddiem id-dnub, quddiem in-nostalġija, għall-biżà hemm bżonn li “nħarsu lejn il-Mulej - sostna l-Papa - nikkontemplaw lill-Mulej” biex ikollna dak “l-istagħġib hekk sabiħ ta’laqgħa ġdida mal-Mulej. ‘Mulej għandi din it-tentazzjoni, irrid nibqà f’din is-sitwazzjoni ta’ dnub. Mulej g l-kurżità li nkun naf kif inhuma dawn l-affarijiet. Mulej qed nibżà....’ imma mbagħad id-dixxipli ħarsu lejn il-Mulej: ‘Salvana Mulej aħna mitlufin.’ U wasal l-istagħġib ta’ laqgħa ġdida ma’ Ġesù. M’aħniex boloh, lanqas insara bierda: aħna qalbiena, kuraġġużi. Iva aħna dgħajfin imma hemm bżonn li nkunu qalbiena fid-dgħufija tagħna.”

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb