Il-grazzja tad-dmugħ

It-Tlieta, 2 ta’ April 2013

 

Hija grazzja speċjali dik li l-Papa Francesco jistieden biex nitolbu: il-grazzja tad-dmugħ. Għaliex “huwa d-dmugħ li jħejjina biex naraw lil Ġesù.” Dan spjegah it-Tlieta filgħodu, 2 ta’ April, waqt il-quddiesa ċċelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, li għalija, kif issa saret drawwa, ħa sehem grupp ta’ dipendenti Vatikani. Din id-darba kien imiss lill-aġenti tal-korp tal-Ġendarmerija u tal-Vigili del Fuoco tal-Belt tal-Vatikan, immexxija mill-kmandant Domenico Giani.

Waqt li kkumenta l-episodju tal-vanġelu ta’ Ġwanni fejn hemm riferita is-sentenza migħuda minn Marija ta’ Magdala “Rajt lill-Mulej!” wara li kienet ħaslitlu riġlejh bi dmugħha u mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha (cfr. Ġwanni, 20, 11-18), il-Papa Francesco fakkar li Ġesù ħafer tant dnubiet ta’ din il-mara, għaliex “tant kienet ħabbet.” Għalhekk reġà ppropona ix-xhieda offruta mill-mara “mistmerra minn dawk li kienu jqisu lilhom infushom ġusti” fil-waqt li fih trid tiffaċċja “il-falliment tat-tamiet kollha tagħha. L-imħabba tagħha - qal - m’għadhiex hemm u bkiet. Huwa waqt id-dlam.” Madankollu hi “ma tgħidx ‘fallejt’.Stramba le? Sempliċement tibki. Araw, kultant f’ħajjitna in-nuċċali biex naraw lil Ġesù huwa d-dmugħ. Hemm waqt f’ħajjitna li biss id-dmugħ iħejjijna biex naraw lil Ġesù. U xinhu l-messaġġ ta’ din il-mara? “Rajt lill-Mulej”.” Huwa eżempju għall-mixja ta’ ħajjitna. Ilkoll kemm aħna - żied il-Papa - f’ħajjitna, qsamna mumenti ta’ ferħ, ta’ niket, ta’ dwejjaq, ilkoll għaddejna minn dawn l-affarijiet. Imma, u nħalli taqà quddiemkom il-mistoqsija, bkejna? Fil-mumenti l-iktar skuri, bkejna? Kellna dak ir-rigal tad-dmugħ li ħejjielna għajnejna biex naraw lill-Mulej? Waqt li naraw lil din il-mara li tibki nistgħu wkoll aħna nitolbu lill-Mulej il-grazzja tad-dmugħ. Hija grazzja sabiħa. Grazzja sabiħa. Il-biki huwa frott ta’ kollox: tat-tajjeb, ta’ dnubietna, tal-grazzi, saħansitra tal-ferħ; tibki bil-ferħ! Dak il-ferħ li aħna tlabna li jkollna fis-sema u li issa qegħdin induqu. Tibki. Il-biki jħajjijna biex naraw lil Ġesù. U l-Mulej jagħtina l-grazzja, lilna lkoll, li nidtgħu ngħidu b’ħajjitna “rajt lill-Mulej.” “Għaliex, dehrlek?” “Le, ma nafx; imma rajtu, rajtu ġewwa qalbi. U għaliex rajtu ħaj b’dan il-mod.” Din hija x-xhieda. “Rajt lill-Mulej,” sabiħ! U li aħna lkoll nistgħu nagħtu din ix-xhieda: “ngħix hekk għaliex rajt lill-Mulej”.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.