STEDINA TAL-ARCISQOF LILL-ORGANIZZATURI TAL-FESTI



Naxxar, 5 Frar 2009: Mons. Arcisqof Pawl Cremona O.P. stieden lill-organizzaturi tal-festi fil-parrocci biex jaraw li l-imhabba lejn il-parrocca u lejn il-patrun tkun tista' tesprimi ruhha wkoll matul is-sena per ezempju fil-quddiesa tal-Hdud, billi jkun hemm hafna iktar li jghinu biex din il-liturgija ta' matul is-sena tkun sabiha u mbaghad tisponta fil-mument li tigi ccelebrata l-festa tal-post fejn ikunu jghixu.

Mons. Arcisqof ghamel din l-istedina fl-omelija tieghu waqt quddiesa li ccelebra llejla, 5 tax-xahar, fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, ghar-rapprezentanti tal-kumitati, ghaqdiet u gruppi li jghinu fl-organizzazzjoni tal-festi religjuzi fil-parrocci.

Fl-omelija tieghu, Mons. Arcisqof irringrazzja lill-membri tal-kumitati, ghaqdiet u gruppi ghal kemm il-darba jhallu l-element religjuz fil-formazzjoni tal-membri taghhom. "Nixtieq nirringrazzjakhom hafna ghal min ihoss il-bzonn li jistieden lil xi whud biex jaghmlu riflessjoni per ezempju fuq il-qaddis halli nidhlu mhux biss fil-qima tieghu imma wkoll fl-ispiritwalita' tieghu. Nixtieq nirringrazzja lil dawk minkom li matul is-sena, anke b'sagrificcju kbir, jaghtu bicca mill-hin taghhom biex tghinu lill-ohrajn anke permezz ta' ghajnuna fil-gbir tal-flus. Dan kollu hu l-parti spiritwali li l-Mulej qieghed jirringrazzjakom dwaru anke permezz tieghi," qal Mons. Cremona.

Mons. Arcisqof iddeskriva l-festa bhala l-quccata tal-parrocca fejn l-iktar li tiltaqa' ma' Alla l-Imbierek permezz tal-qima u l-ferh li tkun qed taghti lill-qaddis/a patrun/a. Imma jekk hija l-quccata, dan ifisser li matul is-sena wkoll irid ikun hemm xi haga li qed tibni. "Il-quccata ghandha diversi stadji taghha. Kemm hu sabih li jkollok hafna nies fil-baned li jaghtu s-sehem taghhom anke matul is-sena biex dak kollu li hija l-mixja spiritwali tal-parrocca tkun taghhom ukoll." Waqt li l-festa tkun mimlija partecipazzjoni, fir-rigward tal-liturgija ta' matul is-sena "kultant tant insibu faqar f'dawk li jivvoluntarjaw biex matul is-sena jkunu jistghu jaghtu wkoll is-sehem taghhom." Kien hawn li Mons. Cremona ghamel l-istedina tieghu biex l-imhabba lejn il-parrocca u lejn il-patrun tigi murija wkoll matul is-sena.

Charles Buttigieg - PRO Kurja