L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

SOLENNITA TAL-QADDISIN KOLLHA

Il-Ħadd, 1 ta' Novembru 2015:  

Il-Qaddisin Kollha. Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mattew (5:1-12a) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parroċċa Iklin Malta.

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela' fuq il- muntanja u, wara li qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. U hu fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: "Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b'wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. Henjin dawk li huma safja f'qalbhom, għax huma jaraw 'l Alla. Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla. Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet."