Il-Ħadd, 15 ta'
Mejju 2016
Pentecoste (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju
ta' San Ġwann (20:19-23)
minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u
editjat minn George Palmier. Iżjed
riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom
fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.
Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum
tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien
imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie
Ġesù u qagħad f'nofshom; u qalilhom: "Is-sliem
għalikom!" Kif qal hekk, uriehom idejh u
ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej.
Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: "Is-sliem
għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk
jien nibgħat lilkom." Kif qal hekk, nefaħ
fuqhom u qalilhom: "Ħudu l-Ispirtu s-Santu.
Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura,
u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma."
|