L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Inti s-sultan tal-Lhud?"

Il-Ħadd, 22 ta' Novembru 2015

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena. Kristu Sultan. Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (18:33b-37) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: "Inti s-sultan tal-Lhud?" Ġesù wieġeb: "Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?" Pilatu wieġeb: "Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f'idejja. X'għamilt?" 

Ġesù wieġeb: "Is-saltna tiegħi m'hijiex ta' din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta' din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f'idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati m'hijiex ta' hawn." 

Pilatu qallu: "Mela int sultan?" U Ġesù wieġeb: "Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma' leħni."