L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

 

Il-Ħadd, 7 ta Frar, 2016

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (5:1-11) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

Darba l-kotra bdiet tross fuqu biex tisma' l-kelma ta' Alla. Hu kien qiegħed f'xatt l-għadira ta' Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela' fuq waħda minnhom, li kienet ta' Xmun, u talbu jaqla' kemmxejn 'il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa. 

Meta temm li kellu jgħid, qal lil Xmun: "Aqdef 'il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd." Wieġbu Xmun u qallu: "Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn. Imma, la qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek." Hekk għamlu, u qabdu kotra hekk kbira ta' ħut li x-xbiek tagħhom kien għoddu nqasam. Għalhekk għamlu sinjal lil sħabhom li kienu fid-dgħajsa l-oħra biex jiġu jgħinuhom. Dawk ġew, u mlew iż-żewġ dgħajjes hekk li għal ftit ma għerqux.

Xmun Pietru, kif ra dan, nxteħet f'riġlejn Ġesù u qallu: "Tbiegħed minni, Mulej, għaliex jiena raġel midneb!" Għax baqgħu tassew mistagħġba, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, għal dik il-qabda ħut li qabdu. U hekk ukoll ġralhom Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, li kienu sħab Xmun. Mbagħad Ġesù qal lil Xmun: "Tibżax; minn issa 'l quddiem tkun taqbad in-nies." Meta mbagħad ressqu d-dgħajjes ma' l-art, telqu kollox u marru warajh.