L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi."

Il-Ħadd, 3 ta' Mejju 2015:  

Il-Ħames Ħadd tal-Għid (Sena B): Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (15:1-8) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesú qal lid-dixxipli tiegħu: "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. 

Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. 

Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom. Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi."