L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

 

Il-Ħadd, 21 ta' Frar 2016

It-Tieni Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (9:28b-36) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesų ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u 'l Ġakbu, u tala' fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta' wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta' bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosč u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta' ħajtu li kellu jseħħ f'Ġerusalemm. 

Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajjmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. 
Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesų: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosč, u waħda għal Elija." Ma kienx jaf x'inhu jgħid. 

Waqt li kien qiegħed jgħid dan, ġiet sħaba u għattiethom u huma beżgħu kif daħlu fis-sħaba. U minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-maħtur, lilu isimgħu." 

Malli nstama' l-leħen Ġesų sab ruħu waħdu. Huma żammew is-skiet, u għal dawk il-jiem ma qalu xejn lil ħadd minn dak li kienu raw.