L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Intom, min tgħidu li jien?"

Il-Ħadd, 13 ta' Settembru 2015:  

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (8:27-35) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta' Ċesarija ta' Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: "Min jgħidu n-nies li jien?" Weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti." Staqsiehom : "Imma intom, min tgħidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija." Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma' ħadd fuqu.

U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa' jqum. Fuq dan kellimhom ċar. 

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan, għax m'intix taħseb fil-ħwejjeġ ta' Alla, imma f'dawk tal-bnedmin!"

Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta' l-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?"