L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ,

imma qalbhom hija ′l bogħod minni.

Il-Ħadd, 30 ta' Awwissu 2015:  

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (7:1-8, 14-15, 21-23) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b'idejhom m'humiex indaf, jiġifieri m'humiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta' missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: "Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta' missirijiethom, imma jieklu b'idejhom m'humiex indaf?" 

Iżda hu weġibhom: "Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta' wiċċ b'ieħor, bħalma hu miktub : ‘Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija ′l bogħod minni. Fiergħa hi l-qima li jagħtuni; jgħallmu duttrina li m’hijiex għajr preċetti tal-bnedmin.’ Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta' Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin." 

Raġa' sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: "Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba' lill-bniedem." Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena, żína, serq, qtil, adulterju, regħba, ħażen, qerq, libertinaġġ, għira, malafama, suppervja u bluha. Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba' lill-bniedem."