L

A

I

K

0

S

 

 

Il-Ħadd, 21 ta' Awwissu 2016

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (13:22-30) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.
F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f'xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: "Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?" 

U huwa weġibhom: "Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, 'Mulej, iftħilna.' Iżda hu jweġibkom u jgħid, 'Ma nafx mnejn intom.' Imbagħad taqbdu tgħidulu, 'Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.' Hu jwieġeb u jgħidilkom, 'Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m'hux sewwa!' 

Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta' Alla, u intom imkeċċija 'l barra. 

U jiġu nies mil-lvant u mill-punent, mit-tramuntana u min-nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta' Alla.

U araw, hawn min hu ta' l-aħħar u għad ikun l-ewwel, u hawn min hu ta' l-ewwel u għad ikun l-aħħar."