L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?"

Il-Ħadd, 23 ta' Awwissu 2015:   Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (6:60-69) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesù tkellem fuq il-ħobż tal-ħajja. Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: "Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?" Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: "Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela' fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja. Iżda hemm xi wħud fostkom li ma jemmnux." Għaliex Ġesù kien jaf sa mill-bidu min kienu dawk li ma emmnux u min kien dak li kellu jittradih. U ssokta jgħidilhom: "Kien għalhekk li jiena għedtilkom li ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier ma jagħtihx li jiġi." 

Minn dak in-nhar bosta mid-dixxipli tiegħu telquh u ma baqgħux imorru warajh. Mbagħad Ġesù qal lit-Tnax: "Tridux titilqu intom ukoll?" Wieġbu Xmun Pietru: "Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta' dejjem, u aħna emminna u għarafna li inti l-Qaddis ta' Alla."