L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor."

Il-Ħadd, 21 ta' Ġunju 2015:  

It-Tnax-il Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (4:35-41) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

Darba, filgħaxija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor." Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. 

U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela' għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: "Mgħallem, dan qisu m'hu xejn għalik li aħna se nintilfu?" 

Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: "Iskot! Biżżejjed!" U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom: "Dal-biża' kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?" 

U qabadhom biża' kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: "Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?"