L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

 

Il-Ħadd, 14 ta' Frar 2016

L-Ewwel Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Luqa (4:1-13) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa' lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: "Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż." Wieġbu Ġesù: "Hemm miktub li 'l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix.'

"Mbagħad ix-Xitan ħadu fl-għoli u wrieh is-saltniet tad-dinja kollha f'daqqa. Qallu x-Xitan: "Nagħtik is-setgħa fuq dawn kollha, bil-glorja tagħhom ukoll għax hija ngħatat lili, u jiena nagħtiha lil min irrid. Jekk tinxteħet quddiemi tagħtini qima, kollha tiegħek tkun." Ġesù wieġbu u qallu: "Hemm miktub, ‘Lill-Mulej Alla tiegħek tagħti qima, u lilu biss taqdi.’ ”

Mbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: "Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. Għax hemm miktub li ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa,’ u li fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla.’ ” Wieġeb Ġesù u qallu: "Jingħad, 'Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.'" 

Imbagħad ix-Xitan meta temm dan it-tiġrib kollu, telaq minn ħdejh sa ma wasal il-waqt.