L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema."

Il-Ħadd, 9 ta' Awwissu 2015:  

Id-Dsatax-il Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (6:41-51) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal, 'Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.' U bdew jgħidu: "Dan m'huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u 'l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, 'Jiena nżilt mis-sema'?" 

Ġesù weġibhom: "Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem. 

Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx.  Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."