L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

L-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem

Il-Ħadd, 2 ta' Awwissu 2015:   It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (6:24-35) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesų u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesų. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: "Rabbi, meta ġejt hawn?" 

Ġesų weġibhom: "Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu." 

Mbagħad staqsewh: "X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?" Weġibhom Ġesų: "L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa bagħat." 

Qalulu: "X'sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X'sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, 'Tahom jieklu ħobż mis-sema.' " Weġibhom Ġesų: "Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosč takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta' Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja." Qalulu huma "Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż." Weġibhom Ġesų: "Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx.