L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Mar ifittex lil ħuh

Il-Ħadd, 18 ta' Jannar 2015:  

San Ġwann 1:35-42

It-Tieni Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Ġwann (1:35-42) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien hemm ma' tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesų li kien għaddej minn hemm, u qal: "Araw il-Ħaruf ta' Alla." Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesų. 

Ġesų dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: "Xi tridu?" Iżda huma staqsewh: "Fejn toqgħod, Rabbi?" - li tfisser Mgħallem. Hu weġibhom: "Ejjew u taraw." U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dak in-nhar baqgħu miegħu. Kien ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar. 

Wieħed mit-tnejn li semgħu x'kien qal Ġwanni u marru wara Ġesų kien Indrė, ħu Xmun Pietru. L-ewwel ma għamel mar isib lil ħuh Xmun, u qallu: "Sibna l-Messija" - li tfisser Kristu. U ħadu għand Ġesų. Ġesų ħares lejh u qallu: "Inti Xmun, bin Ġwanni. Inti tissejjaħ Kefa" - jew Pietru.

Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribų ta' Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewwġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm. Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skond il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret. U t-tifel baqa' jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu.