L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

"Bla ġieħ f'pajjiżu"

Il-Ħadd, 5 ta' Lulju 2015:  

L-Erbatax-il Ħadd matul is-Sena (Sena B): Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (6:1-6) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: "Mnejn kisbu dan kollu? U x'inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b'idejh? Dan m'huwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet m'humiex hawn magħna?" U huma skandalizzaw ruħhom minħabba fih. 

Qalilhom Ġesù: "Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f'pajjiżu u fost qrabatu u f'daru stess." U hemmhekk ma sata' jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom; u baqa' mistagħġeb bin-nuqqas ta' fidi tagħhom.

U mari dur l-irħula ta’ dawk l-inħawi jgħallem.