L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

U Ġesù dar il-Galilija kollha, jippriedka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ ix-xjaten.

Il-Ħadd, 8 ta' Frar 2015:  

San Mark 1:29-33

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (1:29-39) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien Ġesù u d-dixxipli tiegħu ħarġu mis-sinagoga u baqa' sejjer ma' Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta' Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

Fil-għaxija, mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan.  U quddiem il-bieb inġabret il-belt bi ħġarha. U fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta' mard, u ħareġ għadd kbir ta' xjaten li hu ma kienx iħallihom jitkellmu, għax huma kienu jafu min kien.

L-għada fil-għodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f'post imwarrab u qagħad hemm jitlob.  Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh.  Kif sabuh, qalulu: "Kulħadd jistaqsi għalik."  U qalilhom: "Ejjew immorru band'oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt." 

U dar il-Galilija kollha, jippriedka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ ix-xjaten.