L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 Segwi lil Dun Pawl Camilleri b’riflessjonijiet ta’ Ħdud oħra

 

 

Kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall kittieba.

Il-Ħadd, 1 ta' Frar 2015:  

San Mark 1:21-28

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena (Sena B). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta' San Mark (1:21-28) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta.

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f'jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesù ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: 'Il-Qaddis ta' Alla'." Imma Ġesù kkmandah: "Iskot," qallu,"u oħroġ minnu."  Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu. 
U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: "Dan x'inhu? X'tagħlim ġdid mogħti    bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!" U l-fama tiegħu malajr xterdet ma' l-inħawi kollha  tal-Galilija.