|
IS-SEBA' VIŻTI LILL-ĠESÙ EWKARISTIJA
F'ĦAMIS IX-XIRKA
Kitba ta' Dun Nikol Aquilina
Siġġiewi, 10 ta’ Frar 2003
Daħla
Fil-quddiesa ta’ filgħaxija, nhar Ħamis ix-Xirka, ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-Ikla tal-Mulej u fi tmiem din iċ-ċerimonja Ġesù Ewkaristija jittieħed minn fuq l-artal u jitqiegħed fuq l-hekk imsejjaħ “Artal tar-Repożizzjoni”. Billi nhar il-Ġimgħa l-Kbira ma jsirx quddies dan is-Sagrament iservi għat-tqarbin wara l-funzjoni ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib.
Fil-jum tal-Ħamis l-insara jiġu mħajrin biex f’xi ħin, matul il-lejl jinġabru għall-adorazzjoni quddiem is-Sagrament Imqaddes biex jishru mal-Mulej fl-agunija tiegħu fil-Ġnien taż-Żebbuġ.
Niftakru li dan l-artal ma jissimboleġġax is-sepulkru ta’ Kristu, għax Kristu nhar il-Ħamis kien għadu ma mietx għalina, imma jrid ifisser l-imħabba ta’ Kristu li ried jibqa’ magħna fl-Ewkaristija, li hu għoġbu jwaqqaf fl-Aħħar Ikla ma’ l-Appostli tiegħu. Għalhekk l-insara jżejnu dan l-artal bil-fjuri u jdawluh bix-xemgħat bħala sinjal ta’ qima u mħabba . Lilu huma jitolbu l-ħteġiet tagħhom, jiżżuh ħajr, ifaħħruh u jitolbu ħniena u maħrfa għan-nuqqasijiet tagħhom u ta’ sħabhom.
Matul il-Viżti għandu jinżamm is-silenzju biex ir-ruħ tkun tista’ titkellem mal-Imgħallem Divin bħalma żewġt iħbieb jitkellmu flimkien.
Għaldaqstant l-għan ta’ dan il-fuljett hu biex in-nisrani jkollu f’idejh għajnuna ħalli jagħmel waħdu jew mal-familja jew ma’ ħbiebu dawn iż-żjarat lil Ġesù fl-Ewkaristija u jitħeġġeġ dejjem aktar b’sentimenti ta’ fidi, tama u mħabba. Wieħed għandu jaqra bil-mod is-siltiet mill-Iskrittura, jieqaf jaħseb fuq il-qari u mbagħad jgħaddi għat-talb. Fit-talb tagħna ma għandniex naħsbu fina nfusna biss imma fl-oħrajn ukoll skond ix-xewqa aħħarija ta’ Kristu:
“Missier, miniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.” Ġw XVII, 20-21.
Dun Nikol Aquilina
Introduzzjoni:
Ninsabu fil-bidu tat-Tlett Ijiem Qaddisa tal-Ġimgħa Mqaddsa li jwassluna għaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir. Il-Knisja trid tfakkarna fit-Tlett Misteri kbar li wettaq għalina Ġesù:
a) il-misteru tal-Imħabba Infinita tiegħu li xhieda tagħha hi l-Ewkaristija;
b) il-misteru tat-tbatija u l-mewt ta’ Kristu li Hu sofra għal dnubietna;
c) il-misteru tal-qawmien tiegħu mill-imwiet.
Kif ninsabu miġburin f’riġlejn Ġesù fis-SagrAmment tal-Ewkaristija niftakru f’dak is-SagrAmment li permezz tiegħu hu ried jibqa’ magħna matul iż-żmenijiet bħala faraġ għalina u bħala ikel ta’ ruħna.
Nitolbu:
Ġesù għinna nagħrfu kemm nistgħu il-misteru ta’ mħabbtek kif fissirtulna inti stess f’dan is-SagrAmment ta’ l-Ewkaristija.
O Marija ieqaf magħna biex nifhmu l-imħabba u tbatijiet ta’ Ibnek Ġesù.
L-Ewwel Viżta
Nadurawk o Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (VI, 62-565)
Bdew il-Lhud jiġġieldu bejniethom u jgħidu: Kif jista’ dan jagħtina ġismu?” Qalilhom Ġesù: “Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux ġisem Bin il-Bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jkollu l-ħajja ta’ dejjem u jien inqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi hu ikel tassew, u demmi hu xorb tassew. Min jiekol ġismi u jixrob demmi, jibqa’ fija u jiena fih”.
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
1. Ġesù iben Alla l-Ħaj, inti sirt bniedem bħalna u għammart fostna. Ibqa’ magħna għal dejjem.
2. Ġesù inti xandart il-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha biex jagħrfu aħjar ‘l Alla u jagħmlu r-rieda tiegħu. Ibqa’ magħna għal dejjem.
3. Ġesù inti tinsab b’mod ta’ l-għaġeb fis-SagrAmment tal-Ewkaristija. Ibqa’ magħna għal dejjem.
4. Ġesù inti trid li fit-Tqarbin isseħħ il-għaqda sħiħa tagħna miegħek. Ibqa’ magħna għal dejjem.
Ħsieb:
Nitolbu għal dawk l-erwieħ li m’għandhomx mħabba lejn Ġesù Ewkaristija. Inpattu għal dawk in-nuqqasijiet tagħna u ta’ sħabna meta noffendu lil Ġesù b’nuqqas ta’ rispett fi kliemna u f’għemilna.
Kant: Nadurawk ja ħobż tas-sema
Nadurawk ja Ħobż tas-sema.
Frott l-imħabba l-iżjed bnin,
Għalik l-anġli dlonk titniehed,
Inti l-hena tal-bnedmin.
Rit. Nadurawk ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.
Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna
Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (VI, 66-69)
Minn dak il-waqt ħafna mid-dixxipli tiegħu telqu lura u ma baqgħux jimxu warajh. Imbagħad Ġesù qal lit-tnax: “Tridux tmorru intom ukoll?” Wieġbu Xmun Pietru : “Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem, u aħna nemmnu u nafu li Int il-Qaddis ta’ Alla”
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura -
1. Missier Qaddis, fl-imgħoddi inti kellimtna permezz tal-profeti u fl-aħħar kellimtna b’Ibnek stess; ta’ dan. Irrodulek ħajr Mulej.
2. Missier l-aktar għaref, Inti bgħattilna l-Ibnek il-għażiż biex ikun għalina, it-Triq, il-Verita’ u l-
Ħajja; ta’ dan. Irrodulek ħajr Mulej.
3. Missier l-aktar ħanin, inti tajtna l-Ibnek il-għażiż biex iħabbrilna l-Wisa’ u l-Fond bla qjies ta’ mħabbtek; ta’ dan
Irrodulek ħajr Mulej.
4. Missier Twajjeb, Ibnek ħallielna l-Knisja biex tkun għalina Omm u Għalliema matul iż-żmenijiet; ta’ dan
Irrodulek ħajr Mulej.
Ħsieb:
Nitolbu għal dawk li ma jħabirkux biex jisimgħu il-Kelma t’Alla. Nitolbu maħfra għal kemm il-darba ma qagħdniex attenti għal dak li nisimgħu fl-omelija tal-Quddiesa u ma nagħtux widen għall-ispirazzjonijiet li l-Mulej inebbaħna fis-skiet tal-kuxjenza tagħna.
Missierna, Sliema , Glorja.
Kant: Miġbura lkoll madwar l-artal
Miġbura lkoll madwar l-artal
Il-poplu ġdid li ġbart
Nagħtuk kull qima u nxandruk
Sultan tas-sema u l-art.
Mill-Kotba Mqaddsa nisimgħuk
Tkellimna llum fis-skiet,
Il-kelma tiegħek tkun id-dawl
Li jkeċċi d-dlamijiet.
It-Tielet Viżta
Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek, Inti fdejtna.
Ġesù fl-Ewkaristija jgħallimna l-umilta’
Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (XIII 1, 4-5)
Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom sa l-aħħar. Waqt l-ikla, Ġesù qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu u ħa fardal u dawru ma ħżiemu. Imbagħad tefa’ l-ilma fil-lembija u beda jaħsel riġlejn id-dixxipli u jimsaħħomlhom bil-fardal li kien imħażżem bih.
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
Invokazzjonijiet:
1. Ġesù id-dehra tiegħek taħsel riġlejn l-appostli tfakkarni fis-suppervja tiegħi, li ġġiegħlni niftaħar bija nnifsi u nwarrab fil-ġenb lil sħabi; għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.
2. Ġesù il-ħajja tiegħek fit-tabernaklu tgħallimni s-skiet, is-sempliċita, il-ġabra. Ħafna drabi jiena niġri wara t-tlellix tad-dinja, u nħossni ferħan fl-istorbju u fix-xalar li jgħaddi malajr. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.
3. Ġesù mit-tabernaklu inti tfarraġ il-qlub imnikkta, tqawwi lil min jitolbok l-għajnuna. Iżda jiena fis-suppervja tiegħi nistmell niġi għandek u ma nħobbx infittex l-għajnuna tiegħek. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.
4. Ġesù fil-ħasil tar-riġlejn inti ridt tqis ruħek bħala qaddej tal-appostli tiegħek . U Tabilħaqq fit-tabernaklu inti l-qaddej tagħna għax tistenniena niġu għandek. Iżda jiena ħafna drabi nistenna li ħaddieħor ikun il-qaddej tiegħi. Għalhekk nitolbok. Kattar fija l-umilta.
Ħsieb:
Nitolbu għall-mexxejja tagħna u għal dawk li għandhom is-setgħa biex fuq l-eżempju ta’ Ġesù ma jfittxux l-interessi tagħhom imma jagħrfu r-responsabbilta li jaqdu lil poplu afdat f’idejhom.
Missierna, Sliema, Glorja.
Jien nadurak bil-qima, Alla li tinsab,
Moħbi hawn quddiemi taħt dawn ix-xbihat.
Lilek qalbi kollha hawn f’riġlejk nagħtik
Meta naħseb fuqek, ħsiebi nitlef fik.
L-għajn , l-idejn, it-togħma lilek ma jħossux;
Iżda biss b’li smajna għala ma nemmnux?
Nemmen li qalilna l-Iben tal-Mulej;
Xejn m’hu iżjed minnu, mill-kliem tal-Feddej.
Ir-Raba’ Viżta
Nadurqawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.
Ġesù Ewkaristija, għajn ta’ kull faraġ.
Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (XIV 1-3)
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “ Tħallux qalbkom titħawwad; emmnu f’Alla u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna għamajjar; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Jiena sejjer biex inhejjilkom post. U wara li mmur u nhejjilkom post, nerġa’ niġi u nehodkom kiegħi biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.”
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
Invokazzjonijiet.
1. Ġesù inti stess għidtilna: ‘Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom”. Għinna fit-tiġrib tagħna.
2. Ġesù inti xebbaht lilek innifsek mar-Ragħaj it-Tajjeb; li jfittex bla heda n-nagħġa l-mitlufa. Għinna fit-tiġrib tagħna.
3. Ġesù inti sejjaħt imberkin lill-foqra f’ruħhom, faħħart lill- ġwejdin u lil dawk li jħennu, berikt lil ta’ qalbhom safja u ‘l dawk li jħobbu l-ġustizzja. Għinna fit-tiġrib tagħna.
4. Ġesù inti qiegħed fuq il-leminija tal-Missier bħala avukat tagħna u qed tistenniena niġu ħdejk biex nithennew miegħek għal dejjem. Għinna fit-tiġrib tagħna.
Nitolbu għal dawk kollha li huma mġarrbin, imnikktin minħabba l-mard jew mitluqin weħidhom fin-niket tal-ħajja, jew qed ibatu ħtija ta’ inġustizzja; għal dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom.
Missierna, Sliema u Glorja.
Kant O Qalb Ħanina.
Ġesù ħallina niġu ħdejk fis-skiet
Biex aħna nieklu mill-Ħobż tas-smewwiet;
Fik biss il-ħajja, fik id-dawk u l-ġid,
Inti ta’ qalbna l-għeżeż Qalb u Sid.
Il-Ħames Viżta
Nadurawk O Ġesù u mberkuk għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.
Ġesù hu s-sagrifiċċju tal-Liġi l-Ġdida.
Qari mill-Vanġelu ta’ San Luqa (XXII 14-20)
X’ħin sar il-ħin Ġesù qagħad fuq il-mejda ma’ l-appostli tiegħu. U qallhom: “Kelli xewqa kbira li niekol dil-ikla tal-Għid magħkom qabel ma nbati ; għax ngħidilkom li ma niekolhiex iżjed qabel ma sseħħ fis-saltna t’Alla”
Imbagħad qabad il-kalċi, radd il-ħajr u qal :”Ħuduh u aqsmuh bejnietkom; għaliex ngħidilkom li ma nixrobx aktar mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-saltna ta’ Alla”
Imbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilħulħom u qal: “ Dan ħu ġismi mogħti għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Ħekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: “ Dan il-kalċi ħu l-għaqda l-ġdida b’demmi, mxerred għalikom.”
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
Invokazzjonijiet
1. “Ftakru li intom kontu mifdijin mill-ħajja fiergħa tagħkom mħux bi ħwejjeġ li jitħassru bħalma ħuma deħeb u fidda; imma bid-demm prezzjuż ta’ Kristu bħala Ħaruf bla għajb u bla tebgħa. (1Pt 1:18-19) Tifħir lilek Kristu.
2. “Int kont maqtul u xtrajt għal Alla nies minn kull nazzjon, ilsien, poplu u ġens; u għamiltna għal Alla tagħna saltna ta’ qassisin li jsaltnu fuq l-art. ( Ap. 5:9-10) Tifħir lilek Kristu.
3. “Jistħoqqlu l-Ħaruf il-maqtul li jieħu s-setgħa u t-tifħir għal dejjem” (Ap. 5: 12) Tifħir lilek Kristu.
4. “Ħemm Alla wieħed u medjatur wieħed bejn Alla u l-bnedmin: il-bniedem Kristu Ġesù li ta lilu nnifsu bħala fidwa għal kulħadd.” (!Tim 2: 5-6) Tifħir lilek Kristu.
Ħsieb:
Nitolbu għall-ħteġiet tal-ġenituri ħalli fuq l-eżempju ta’ Kristu jagħrfu jissagrifikaw lilu nfusħom għall-ġid tal-familja.
Missierna, Sliema u Glorja.
Nidħlu ferħana,
Fit-tempju tal-Mulej li stedinna;
Biex f’għaqda waħda
Ninġabru ħdejn l-artal la ħu sejħilna.
Ħu il-Mulej Ġesù
U tagħna lkoll ħuwa il-Feddej
U ma nħalluħx fit-tul jistenna.
Is-Sitt Viżta
Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il- mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna
Qari mill-Vanġelu ta’ San Ġwann (XV 1-6,10)
“Jiena d-dielja tassew u Missieri l-bidwi. Kull żaraġuna fija li ma tagħmilx frott jaqtagħħa; u kull waħda li tagħmel il-frott isaffiħa biex tagħmel frott aktar. Intom ilkoll safjin minħabba fil-kliem li għidtilkom. Ibqgħu fija u jiena nibqa’ fikom. Bħalma ż-żarġuna ma tistax tagħmel frott minnħa nfisħa , jekk ma tibqax fid-dielja, ħekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.
Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fiħ, dan jagħmel ħafna dfrott, għax mngħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Min ma jibqax fija, jintrema barra bħal żarġun u jinxef, imbagħad jiġimgħuħom u jitfgħuħom fin-nar jinħarqu…….
Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandAmmenti tiegħi, tibqgħu f’imħabbti bħalma jiena ħarist il-kmandAmmenti ta’ Missieri u nibqa’ fl-imħabba tiegħu.”
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
1. Agħmel O Ġesù li naraw lilek fil-persuna ta’ sħabna biex ħekk ma tonqos qatt l-imħabba ta’ bejnietna. Ismagħna nitolbuk Mulej.
2. Agħmel O Ġesù li fil-knisja, fejn niġu nżuruk, u barra l-knisja, nibqgħu magħqudin ħaġa waħda miegħek u ma’ sħabna. Ismagħna nitolbuk Mulej.
3. Agħmel O Ġesù li biex insalvaw l-għaqda ta’ bejnietna, nitgħallmu ninsew u naħfru n-nuqqasijiet ta’ sħabna u ma naslu qatt li npattu deni b’deni. Ismagħna nitolbuk Mulej.
4. Agħmel O Ġesù li fuq kollox u qabel kollox infittxu li ngħixu fis-sliem u fl-imħabba miegħek u ma’ sħabna kif urejtna fl-Aħħar Ikla mal-għeżież tiegħek. Ismagħna nitolbuk Mulej.
Ħsieb
Nitolbu għal dawk kollħa li xi darba inqasniħom mill-imħabba u ma ġibniex ruħna ta’ nsara magħħom biex il-Mulej iroddilħom il-ġid u l-ħena; nitolbu għall-għedewwa tagħna biex fostna sseħħ il-paċi tal-Mulej.
Missierna, Sliema u Glorja.
Ġbartna flimkien Mulej
B’kelmtek imqaddsa,
F’qalb waħda lilna għaqqadt
Bil-Ġisem t’Ibnek ħaj.
Fejn ħemm l-imħabba,
Fejn ħemm il-għaqda,
Ħemm tgħammar Int, Mulej,
Ħemm Int tgħix fil-qlub.
Is-Seba’ Viżta
Nadurawk O Ġesù u mberkuk, għax b’salibek, il-mewt u l-qawmien tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-ittra ta’ San Pawl lill-Korintin ( 1Kor 10, 14-17; 12, 12-13)
Qed niktellem ma’ nies għaqlin: għarblu intom kull ma ngħid. Il-kalċi mbierek li fuqu ngħidu l-barka mħuwiex għaqda mad-demm ta’ Kristu? U l-ħobż li naqsmu mħuwiex għaqda mal-ġisem ta’ Kristu? Għax la l-ħobża ħi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm aħna nieħdu minn ħobża waħda.
Bħalma l-ġisem ħu wieħed u fiħ ħafna membri, u l-membri kollħa tal-ġisem, għad li ħuma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, ħekk ukoll Kristu. Għax aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lħud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.
Nirriflettu fuq din is-silta mill-Iskrittura
1. O Mulej għamel li l-Knisja tkun sinjal ta’ għaqda quddiem il-ġnus li għadħom ma għarfukx. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej
2. O Mulej agħmel li l-mexxejja tagħna jħabirku biex f’pajjiżna tissaħħaħ il-għaqda, is-sliem u l-ġid ta’ kulħadd. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej
3. O Mulej neħħi mill-ambjent tagħna familjari, parrokkjali, soċjali, politiku u fejn naħdmu, kull spirtu ta’ mibgħeda, għira u tilwim li jnisslu ħsara u jbegħduna mill-grazzja tiegħek. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej
4. O Mulej agħmel li fil-familji tagħna jkun ħemm il-fteħim u r-rispett bejn il-misser u l-omm, kif ukoll il-għaqda bejn il-ġenituri u l-ulied. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej
5. Agħmel Mulej li fil-quddiesa u fuq il-mejda tat-tqarbin inħossuna qalb waħda, lesti dejjem biex nagħdru, naħfru u ngħinu lil xulxin, skond il-kmand u x-xewqa tiegħek. Nitolbu. Ismagħna nitolbuk Mulej
Nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji tagħna, speċjalment għal dawk li għandħom problemi fir-relazzjonijiet bejn ġenituri u ulied; nitolbu għall-parroċċa tagħna kif ukoll għall-għaqdiet reliġjużi u ċivili biex fiħom tisseddaq il-għaqda u joktor il-fteħim.
Missierna, Sliema, Glorja.
Kant Tina l-ħlewwa tal-ilsna tas-sema
L-aħħar qatra ta’ demmek tajtħielna
Meta b’daqqa ta’ lanza nifduk.
Int għallimtna tan-niket il-ħena,
Int għallimtna fil-ħemm inberkuk.
Rit. Qalb imqaddsa ta’ Ġesù,
Li berikt it-tfal ċkejknin,
Kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek
Żommna miegħek imħaddnin.
Skond il-feħma tal-Papa: Missierna, Sliema u Glorja
Għall-erwieħ tal-Purgatorju: Agħtiħom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ; id-dawl ta’ dejjem jiddi lilħom; jistrieħu fis-sliem. Ammen.
Talba lil Ġesù Msallab
Ħawn jien, O Ġesù maħbub tiegħi,
Mixħut quddiem il-preżenza tiegħek,
Nitolbok bl-akbar ħrara
Tnissel f’qalbi,sentimenti ta’ fidi, tama u mħabba,
Ta’ ndiema kbira ta’ dnubieeti u ta’ feħma sħiħa
Li ma noffendik qatt iżjed;
Fil-waqt li bl-imħabba u l-ħniena kollħa
Sejjer inġib quddiem għajnejja
Il-ħames pjagi tiegħek,
Nibda minn dak li qal fuqek
Il qaddis profeta David,
“Nifduli jdejja u riġlejja,
u għaddewli għadmi kollu.”
Fi tmiem il-Viżti: Dal-Misteru għarkobbtejna
Dal-misteru għarkobbtejna,
Ejjew mela naduraw
U quddiem ir-riti ġodda
Suriet qodma jispiċċaw:
Bit-twemmin ġo qalbna nħossu
Dak li s-sensi le jaraw.
Lill-Missier irroddu, u ‘l Iben
B’qalbna kollħa kull tifħir,
Lejħom , mat-tberik ta’ qalbna,
Imħabbitna ‘l fuq ittir;
Lill-Ispirtu mnissel minnħom
Ħajr ukoll, xejn inqas kbir. Ammen.
Nitolbu: O Alla li f’dan is-SagrAmment ta’ l-għaġeb ħallejtilna t-tifkira tal-passjoni tiegħek; agħtina nitolbuk li nqimu il-misteru tal-Ġisem u d-Demm tiegħek, ħekk li nħossu fina bla ħeda dak li rebħitilna l-fidwa tiegħek. Inti li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen
Ikun imfaħħar Ġesù Kristu.
Dejjem ikun imfaħħar.