L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

Bidu għall-kawża ta’ beatifikazzjoni ta' Chiara Lubich

Chiara Lubich: l-Isqof ta’ Frascati, Mons. Martinelli, jagħti bidu għall-kawża ta’ beatifikazzjoni

Frascati (Ruma), 27 ta’ Jannar fl-4.00 pm.

Il-ftuħ uffiċjali tal-“proċess dwar il-ħajja, il-virtujiet, il-fama tal-qdusija u sinjali” ta’ Chiara Lubich  ser isir fil-Katidral ta’ Frascati (Ruma), il-post  magħżul minn Mons Rafaello Martinelli,  u dan juri l-“ekkleżjalità ta’ dan l-att”. Id-Djoċesi ta’ Frascati hija t-territorju fejn hemm iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari. Chiara Lubich għaddiet il-biċċa l-kbira ta’ ħajjitha  qrib dan iċ-Ċentru u mietet hemm ukoll.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-“kawża tal-beatifikazzjoni u tal-kanonizzazzjoni”, imsejħa Prima Sessio se ssir it-Tlieta, 27 ta’ Jannar 2015. Tibda fl-4.00 pm bit-Talba tal-Għasar.  Wara jsir il-qari tad-Digriet tal-bidu tal-Kawża u tar-Reskritt imsejjaħ Nulla Osta tas-Santa Sede, il-ħatra uffiċċjali tat-tribunal djoċesan, li ġie nominat mill-isqof, u jkun hemm ukoll il-ġurament tal-Isqof, tal-membri tat-tribunal, u tal-membri tal-postulazzjoni. Iċ-ċerimonja  tixxandar dirett  permezz tal-internet.

Maria Voce, il-president tal-Moviment tal-Fokolari, tat din l-aħbar lill-membri tal-Moviment, filwaqt li awgurat lil dawk kollha li jgħixu din l-ispiritwalità li jkunu “xhieda ħajja” ta’ dik il-qdusija   flimkien  li  Chiara Lubich ipproponiet u għexet.

Hi żammet ħajja fiha idea ta’ qdusija li għandha l-għeruq fil-Vanġelu. Kitbet hekk: “Aħna nsibu l-qdusija f’Ġesù: u din twarrad fina għaliex inħobbu... Jekk  infittxu l-qdusija biex  niksbuha għalina nfusna, allura ma  nilħquha qatt. Mela nħobbu, u xejn aktar minn hekk. Nitilfu kollox,  ma nintrabtux lanqas mal-ġibda lejn il-qdusija, biex il-mira tagħna tkun  biss  li nħobbu”. “Aħna nistgħu nsiru qaddisin jekk  qabel kull ħaġa oħra, anki  qabel l-istess qdusija tagħna,  inpoġġu l-imħabba  lejn xulxin: Ġesù f’nofsna bħala premessa jew prinċipju, bħala mezz  biex nitqaddsu u bħala għan”.

L-għadd kbir ta’ nies li jżuru l-postijiet fejn Chiara għexet u fejn illum hi midfuna  hu xhieda  ta’ kemm hi qed  tkompli tkun ta’ dawl għal ħafna. Iżjed minn 120,000 ruħ minn kontinenti u  reliġjonijiet differenti, kardinali, isqfijiet, akkademiċi, politiċi, familji u żgħażagħ, membri ta’ assoċjazzjonijiet u movimenti differenti, persuni li m’għandhom l-ebda twemmin reliġjuż, tfal lejlet l-Ewwel  Tqarbina tagħhom, u adulti li qed ifittxu tama, żaru dawn il-postijiet tul dawn l-aħħar sitt snin mill-mewt tagħha.

Il-proċess  għal  din il-Kawża beda fis-7 ta’ Diċembru 2013, f’għeluq is-sebgħin sena mill-bidu tal-Moviment tal-Fokolari,   meta Maria Voce, President tal-Moviment,  ippreżentat talba formali   lil Mons. Martinelli, Isqof ta’ Frascati biex jinbeda dan il-proċess. B’din il-preżentazzjoni, hi esprimiet   ix-xewqa ta’dawk kollha li  kienu qed jittamaw li ssir din it-talba ħalli b’hekk jikber l-impenn morali u spiritwali ta’ ħafna  għall-ġid tal-umanità.

Fix-xhur ta’ wara, l-Isqof Martinelli ħa ħsieb li jitwettqu n-normi kanoniċi stabbiliti.

Mal-bidu tal-Kawża, Chiara Lubich tibda tissejjaħ QADDEJJA T’ALLA.

Victoria Gómez (+39) 335 7003675 – Benjamim Ferreira (+39) 348 4754063