Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

Diskors tal-

Onor Kap ta' l-Oppozizzjoni

Dr Joseph Muscat

dwar l-Enċiklika,

Caritas in Veritate.

SEMINAR DWAR L-ENĊIKLIKA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

 CARITAS IN VERITATE

 IL-ĠIMGĦA,  20 TA’ NOVEMBRU 2009

 

L-IMPENN GHALL-IZVILUPP SOCJO-EKONOMIKU F’MALTA FID-DAWL TA’

L-ENCIKLIKA CARITAS IN VERITATE

 

Fit-3 ta' Novembru, giet organizzata konferenza simili hafna ghal din ta' llum fl-Aula Magna ta' l'Universita' Luigi Bocconi gewwa Milan. Matul il-konferenza  tkellem l-Arcisqof ta' Milan, il-Kardinal Dijonizju Tettamanzi, li 'pprezenta l-Enciklika ta' Benedittu XVI, Caritas in Veritate.Tkellmu ukoll persunaggi mid-dinja finanzjarja u akkademika. Il-konferenza infethet mill-professur Mario Monti, president tal-Bocconi u - kif jaf kulhadd - Kummissarju Ewropew mill-1994 sa' l-2004, l-ewwel b'responsabbilta' ghall Suq Intern, Servizzi Finanzjari, Integrazzjoni Finanzjarja, Dwana u Tassazzjoni, imbad ghall-Kompetizzjoni. Segwejt mill-qrib din il-konferenza principalment ghaliex kienu ser jitkellmu zewg persuni li jien nammira hafna, il-Kardinal Tettamanzi u l-Professur Monti.

 

Tajjeb li nghidilkhom ghaliex nammirhom. Minkejja li wiehed huwa qassis u l-iehor ekonomist, it-tnejn ghandhom storija twila warajhom ta' impenn qawwi, kemm intellettwali u kemm prattiku, impenn ta'hsieb u ta' azzjoni, iffokat fuq l-impatt tas-swieq fuq l-ekonomija u s-socjeta'. It-tnejn li huma japprezzaw id-dinamizmu progressiv li suq li jiffunzjona sew jista' jittrasmetti lill-ekonomija u lis-socjeta', dinamizmu li johloq gid materjali u ghalhekk (mill-inqas potenzjalment) jizgura li kulhadd jkollu dak li jehtieg biex jghix b'mod decenti u dinjituz minghajr ma jkollu ghalfejn jittallab, minghajr ma jkollu ghalfejn jigi sfruttat, minghajr ma jkollu ghalfejn ipartat drittijet bhal - nghidu ahna - id-dritt tal-vot ma' post tax-xoghol.

 

Il-kisbiet ta' Mario Monti - liema kisbiet jista jkun li swewlu it-tielet term tieghu bhala Kummissarju - fil-qasam tar-regolazzjoni tas-swieq huma maghrufa sew. Importanti li nifmhu xi tfisser regolazzjoni tas-suq (fil-fatt il-hidma ta' Monti f'dan il-qasam hija ezempju konkret). Regolazzjoni ma' jfissirx li wiehed jivvinta regoli li jxekklu is-suq. Regolazzjoni tfisser li wiehed johloq regoli effettivi li jkattru is-suq, li jkattru il-kompetizzjoni (ghaliex, kif kultant ninsew, minghajr kompetizzjoni m'hemmx veru suq). Il-hidma ta' Monti, meta kien Kummissarju, biex jigu mrazzna il-monopolji (niftakru fil-kaz ta' Microsoft u fil-kaz tal-proposta ta' merger bejn General Electric u Honeywell), hija monument ghall-glieda biex tigi garantita il-kompetizzjoni permezz tat-trazzin tal-monopoli.

 

L-impenn tal-Kardinal Tettamanzi f'dan il-qasam huwa ffokat fuq il-htiega li f'socjeta' partikolari fejn is-suq huwa il-mekkanizmu ewlieni ta' kif tikber l-ekonomija, ta' economic growth, ta' crescita economica, jkun hawn il-mezzi sabiex meta dan il-mekkanizmu jikkawza it-tbatija fuq il-bnedmin li jghixu f'dik is-socjeta' partikolari (jew f'socjetajet ohra, anki fizikament imbeghda hafna, li huma effettwati minn dak li jigri fl-ewwel wahda) jkun hawn il-mezzi biex dik it-tbatija tigi evitata jew - mill'inqas - immitigata. Il-qofol tal-hsieb ta' Tettamanzi f'dan ir-rigward huwa li - filwaqt li jaghraf ir-realta' globali tas-suq fid-dinja tal-lum - jishaq li dan l-gharfien m'ghandux jwassal ghall-attitudni passiva u fatalista fir-rigward tas-suq.

 

Is-suq mhux xi mekkanizmu il-fuq mis-socjeta', mhux xi forza tan-natura li ma nistghux nistrutturaw ghal-gid tas-socjeta'. Wara kollox il-bniedem wasal biex jahkem u jistruttura l-forzi l-aktar tremendi tan-natura b'risq il-progress - anki jekk xi drabi l-intervent tieghu wassal ghal rizultati perversi. Tettamanzi jidhirlu li jekk ninkwadraw is-suq f'qafas etiku, jekk ma nqisux fatalistikament is-suq bhala xi haga il-fuq (jew lil-hinn, beyond) mit-tajjeb u l-hazin, mela huwa possibbli li nidderigu l-energiji kbar li s-suq huwa kapaci li johloq biex nkattru ekonomija li tkun ghas-servizz tal-bniedem shih, tal-bniedem kollhu kemm hu kif ukoll ghall bnedmin kollha kemm huma.

 

Il-hsieb ta' Tettamanzi fuq dan is-suggett insibuh fil ktieb li ghadu kif hareg: Etica e capitale. Un'altra economia è davvero possibile? F'dan il-ktieb ippubblikat minn Rizzoli u li jinkludi ukoll interventi ta' hassieba ohra, ktieb ipprezentat waqt il-konferenza ta' Milan ftit iktar minn hmistax ilu, Tettamanzi jishaq li ekonomija ghas-servizz tal-bniedem tkun antitodu effettiv ghal-krizi li qed nghaddu minna illum. Id-dimensjoni etika ta' l-ekonomija li jipproponi Tettamanzi - li hija mibnija fuq il-valuri ta' solidarjeta' u sobrijeta' (fis-sens ta' qies, ta' serjeta' u ta' moderazjoni) - torbot mal-kuncetti  fondamentali ta' l-Enciklika Caritas in Veritate tal-Papa Beneditti XVI, li ltqajna biex nirreflettu dwara il-lum: il-kuncetti ta' karita' u verita' jew sewwa (il-kelma Maltija hija tezor ta' sinijifikati suggestivi u tista tintuza, skond Aquilina, bhala - fost ohrajn - truth imma ukoll bhala uprightness jew honesty, bhala indikazzjoni ta' qies, meta nghidu ahna kelma jew azzjoni huma meqjusa, approprjati, jmorru sewwa sew ma skop jew okkazjoni pertikolari.

 

Kuncett mhux il-boghod ferm minn dak ta' sobrjeta' kif uzat minn Tettamanzi). Is-sewwa, fil-lingwa taghna, tfisser ukoll gustizzja; meta nghidu, 'Sew! Hekk haqqhom!', Right! That is what they deserved!. Fl-ahhar, il-pass minn sewwa ghal siwi, huwa pass qasir: x'jiswa, x'tiswa, tali oggett jew azzjoni - suggestjoni tal-kuncett ta' use value; kemm  jiswa tali oggett jew servizz - suggestjoni ta' exchange value. Ilsienna stess jindika car ir-rabta kumplessa u sahansitra kuntradittorja bejn valuri etici u valur ekonomiku, bejn il-bniedem u is-suq.

 

 

Onorevoli Prim Ministru, Eccellenza Monsinjur Arcisqof, ghaziz Sur Zahra u shabu l-organizzaturi ta' dan l-avveniment, sinjuri. Jien gejt mistieden hawn illum bhala Kap ta' l-Oppozizzjoni, jigifieri fir-rwol politiku tieghi u ghalhekk ser niffoka issa fuq ir-rabta bejn l-Enciklika Caritas in Veritate u l-vizjoni (fis-sens konkret ta' perspettiva) tieghi tar-relazzjoni bejn etika u ekonomija fis-socjeta' Maltija f’dawn iz-zminijiet. Benedittu XVI ifakkar lill-qarrejja li it-taghlim socjali tal-Knisja Kattolika huwa: caritas in veritate in re sociali (imhabba fis-sewwa fis-socjeta'). In re sociali...fis-socjeta', f'kuntest socjali.

 

Ghall-Papa Benedittu XVI (li minkejja dak li kienu jghidu l-media, nissuspetta li, kif qal tlett snin ilu Hans Küng, dan il-papa "jaf ghad issorprendina"), dan huwa punt fondamentali. Jekk irridu tabilhaqq nahdmu sabiex insibu soluzzjoni sodisfacenti ghal problemi serji ta' l-ekonomija u is-socjeta, soluzzjoni b'risq il-bniedem shih, irridu mmorru lil hinn minn perspettiva individwalistika tas-socjeta'. M'hemmx dubju li xi ruh twajba ser tghawweg dak li qed nghid u tikkonkludi li jien favur il-primat ta' l-Istat fuq l-individwu.

 

Xejn minn dan, anzi, jidhirli li kull progett politiku - sija tal-lemin u sija tax-xellug - li pogga l-Istat ‘il fuq mill-individwu, kien progett li falla u li ma setghax hlief li jfalli. Progett li jkattar "imhabba fis-sewwa fis-socjeta'" ma' jistax jitwettaq f'qafas fejn l-Istat jippretendi li jsawwar is-socjeta fi xbieha tieghu. Il-vizjoni tieghu hija li nahdmu sabiex is-socjeta' taghna tkun ghalqa fertili biex fiha twarrad l-imhabba fis-sewwa, sabiex jigu msawwra l-kundizzjonijet socjali, politici, ekonomici u kulturali ghall-izvilupp tal-bniedem shih.

 

Il-'bniedem shih' li ahna npoggu bhala l-alpha u l-omega tal-progett taghna, ma jitkejjilx skond kemm isarraf flus jew skond kemm jista jigi jiswa' lill-Istat. Il-'bniedem shih' li ahna npoggu bhala l-principju u l-ghan taghna certament mhux numru li jinkiteb fuq il-karta' ta' identita' tieghu, zgur mhux numru fil-kjujiet jistennew ghal xi operazzjoni, zgur mhux numru fl-istatistika nkwetanti tal-qghad. Il-bniedem shih huwa dik jew dak li titkejjel bil-valur (mhux is-siwi - value - ekonomiku) tal-persuna, ghax il-persuna - il-bniedem shih - hija valur fija innifisha, il-valur li jiggwidana.

 

Il-valur ta' dan il-bniedem shih jitkejjel skond il-kapacita' tieghu li jkun - kif jghid Benedittu XVI f'din l-Enciklika - "suggett" attiv kapaci "li jinzeg xbieki ta' imhabba" u mhux oggett passiv ta' imhabba (nippreferi nuza il-kelma 'mhabba', li fl-Enciklika hija effettivament sinonimu ta' caritas, biex jinftiehem sew barra minn dawn l-erba hitan li mhux qed nitkellmu dwar ghoti ta' flus jew oggetti lill-fqar). U x'inhuma dawn l'"ixbieki" - dawn in-networks - jekk mhux is-socjeta' civili?

 

Huwa fi hdan dawn l-ixbieki li jista' jitwieled u jizviluppa il-bniedem shih li jkun is-salvazzjoni tas-socjeta' taghna, socjeta' li hafna jqisu biex nuza kelma kbira ‘moralment’ marida. Dan il-mard wassalna, per ezempju, li nimmaginaw lilna nfusna bhala socjeta' ekonomikament, teknologikamnet u kulturalment waslet fejn kellha tasal. X'deluzjoni patetika! Imma biex nelghbu dawn id-deluzjonijet u tabilhaqq navvanzaw biex niehdu postna fost l-ahjar fl-Ewropa - u jien konvint li nistghu naghmlu hekk u li, flimkien, hekk se naghmlu - irridu naghtu aktar sahha lis-socjeta' civili. Ghaliex l-impuls, l-inizjattivi mehtiega biex is-sistema politika u ekonomika timxi skond il-bzonn tal-bniedem shih, ghandhom jigu mis-socjeta' civili biex ikunu tabilhaqq effettivi, mhux mill-Istat.

 

Naghlaq b'silta mit-tielet kapitlu ta' l-Enciklika, "Fraternita', Zvilupp Ekonomiku u Socjeta' Civili": "...il-konvinzjoni li l-ekonomija ghanda tkun awtonoma, li jehtieg li tkun protetta minn 'inflwenzi' ta' tip morali, wassal biex il-bniedem abbuza mis-sistema ekonomika b'mod ghal kollox distruttiv. Fit-tul, dawn il-konvinzjonijet wasslu ghal sistemi ekonomici, socjali u politici li jghaffgu fuq il-libertajet personali u socjali, u ghalhekk mhumiex kapaci li jrendu il-gustizzja li weghdu."


 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta