IT-TALBA TAL-ĦADDIEM

Anna Marija Fenech

 

Ġesù, jiena noffrilek ix-xogħol tiegħi, flimkien mat-tbatija u l-ferħ li dan iġib miegħu. Agħmel li jiena bħalek, inħares lejn ix-xogħol bħala ko-operazzjoni fl-iżvilupp tal-ħolqien u bl-ebda mod bħala kastig. Għinni biex nagħmel il-parti tiegħi flimkien ma sħabi, sabiex bejnietna jsaltnu l-ftehim u l-paċi mibnijin fuq il-ġustizzja.

 

Agħmel li jiena u sħabi ngawdu dawk il-kundizzjonijiet kollha ta’ xogħol li tassew jixirqu lid-dinjità tagħna l-ħaddiema.

 

Eħles lili u lil sħabi mill-perikli kollha li bihom tista’ tkun imsawra l-ħidma tagħna.

 

Żomm idejk fuqi biex fi kliemi u għemili, inkun ta’ għajnuna għal sħabi.

 

B’hekk nittama li tassew inkun xhieda ta’ mħabbtek.

 

Fik nemmen, fik nittama u fik inħobb.

 

Mulej, ibqa’ dejjem miegħi. Amen.