ĦAMES MODI KIF TISTA’ TIFHEM U TFIHEM IL-MISSJONI TAL-KNISJA

Annia Marija Fenech

 

 

Ħafna mit-tfal jaħsbu li “knisja” tfisser dak il-bini kbir li huma jmorru fih darba f’ġimgħa għall-Quddiesa tal-Ħadd, iżda il-kunċett ta’ knisja huwa ikbar u miftuħ iktar minnhekk. Hawnhekk hawn ħames modi kif wieħed jista’ jgħallem x’inhi Knisja.

 

1.       Instituzzjoni

Il-Knisja għandha struttura, ordni. Aħna għandna papa wieħed u kulleġġ ta’ isqfijiet. Għandna wkoll is-saċerdoti li huma suġġetti għat-tmexxija ta’ isqof partikolari. Għandna wkoll dak li jissejjaħ is-“saċerdozju rejali” jew aħjar il-fidili, li jgħixu fil-parroċċi lokali u li jħarsu lejn il-qassisin u l-isqfijiet tagħhom għat-tmexxija. Immaġinaw dar magħmula minn blokki – l-istruttura tal-blokki hija neċessarja u importanti għal familja li toqgħod ġo fiha biex din il-familja tħossha protetta.

 

2.       Komunjoni ta’ relazzjonijiet

Il-Knisja hija komunitŕ ta’ nies li jemmnu, għaqda ta’ relazzjonijiet, il-patt fidil ta’ Alla, il-poplu ta’ Alla, u l-mixja tagħna flimkien. Alla jħobbna, u aħna msejjħin biex inħobbu lil xulxin. Hija komunitŕ mistika; hija għaqda spiritwali. Immaġina l-arja li tidħol minn ġot-twieqi tad-dar fejn il-familja tista’ tieħu n-nifs. Ma nistgħux narawha, imma nafu li qegħda hemm. L-imħabba hija hekk. Hija dik li żżommna ħajjin, hija parti min-nifs tal-ħajja għal ġisimna.

 

3.       Ħabbara

Il-Knisja tħabbar l-aħbar it-tajba. “Evanġelju” ifisser “Aħbar Tajba”. Aħna nieħdu ħafna żmien nirrakkuntaw l-istorja ta’ Ġesů lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Aħna naħsbu li hu importanti għal bnedmin kollha, ankč l-adulti, li jkunu jafu u jifhmu minhu Ġesů u għaliex aħna nimxu warajh. Aħsbu fuq l-istejjer kollha li jingħadu waqt xi avveniment tal-familja, aħsbu ftit fuq kemm il-darba il-familja tfakkar lil kulħadd fuq minhi, kif ġew flimkien bħala familja, u x’inhu l-iktar importanti fil-ħajja. Meta aħna nirrepetu xi storja din tfakkarna min aħna – u ta’ min aħna.

 

4.       Qaddejja

Ikkonsidra x’tagħmilna familja – x’tagħmel dar. Huwa post fejn il-bnedmin jgħatu każ ta’ xulxin u jieħdu ħsieb xulxin. Dan l-att proprju ta’ servizz huwa dak li hi l-Knisja. Kull servizz li jsir “f’isem il-Knisja” jew “f’isem Ġesů” dan jissejjaħ ministeru. Kemm il-darba naħsbu fuq kif nitimgħu lil minhu bil-ġuħ, nagħtu jixrob lil min hu bil-għatx, inlibbsu lill-għeri, u mmorru nżuru lil morda u l-ħabsin. Iżda li nwaqqfu l-iskjavitů, nirbħu drittijiet ċivili, nirbħu drittijiet għal ħaddiema, u nagħtu u nieħdu sehem iktar f’impennji moderni bħal ħarsien tas-saħħa u li nipprovdu djar li kulħadd jista’ jixtri speċjalment dawk li huma foqra, ukoll huma ministeri tal-Knisja.

 

5.       Sagrament

Sagrament huwa simbolu, sinjal fiżiku ta’ xi ħaġa iktar profonda u tqila biex tinftiehem. Jekk inħarsu lejn struttura ta’ blokki ta’ bini li jilgħabu bihom it-tfal, b’dik l-arja ħierġa mit-twieqi miftuħa u l-familja ġo fiha tirrakkonta l-istorja u flimkien jagħtu każ ta’ xulxin, inti jista’ jkollok simbolu kif il-ħajja tista’ tkun. Dan huwa mod ieħor kif il-Knisja tista’ tkun – simbolu ta’ l-imħabba ta’ Alla għalina u l-imħabba li aħna jkollna għal xulxin. Huwa sinjal ta’ kif aħna għandna ngħixu u kif aħna irridu nilħqu lid-dinja, bħala familja, f’dar mimlija mħabba, billi nxandru l-aħbar it-tajba u nagħmlu ħwejjeġ tajba u ta’ ġid.

 

 

Religion Teachers Journal: Lisa-Marie Calderone-Stewart

Maqluba għal Malti minn Anna Maria Fenech