AQLEB IR-RANDAN TIEGĦEK RASU L-ISFEL

Anna Marija Fenech

 

Meta issaqsi il-Kattoliċi Insara x’se jagħmlu għar-Randan, din is-sena, ħafna jgħidulek li se jaqtgħu ċ-ċikkulata jew xi patata chips, jew xi ġelat jew xi ħaġa ta’ l-ikel li jkunu jħobbu u li forsi wara kollox l-anqas hi tajba daqshekk għal saħħithom!

 

Veru li r-Randan tradizzjonalment huwa żmien ta’ sagrifiċċju, ndiema u konverżjoni tal-qalb. Imma min jaf li kieku din is-sena immur aktar minnhekk? Għaliex minnflok li inċedi xi ħaġa biss, ma nagħmilx xi ħaġa  pożittiva biex tixpruna il-ħajja spiritwali tiegħi, nissoda l-ispiritwalità tal-familja tiegħi jew tal-komunità li ngħix fiha, u b’hekk nagħmel id-dinja post aħjar!

 

Għalik Innifsek:

·             Is-slowja! Ħalli imqar 10 minuti fil-ġurnata għat-talb silenzjuż jew meditazzjoni. Dan jixpruna il-livel tal-enerġija tiegħek u l-ispiritwalità tiegħek.

·             Aqra ktieb tajjeb. Tista’ tagħżel il-ħajja ta’ xi qaddis, jew miktub minn qaddis. Inkella xi ktieb li jgħinek taħdem fuq l-ispiritwalità tiegħek.

·             Wiegħed lilek innifsek, li tgħamel l-għalmu kollu tiegħek biex tgħin u tagħmel xi ħaġa tajba lil xiħadd kuljum.

 

Fil-Familja jew Komunità Tiegħek

·             Ħudu ħsieb li taraw li kulħadd jattendi għal funzjonijiet tar-Randan speċjalment l-Erbgħa tal-Irmied.

·             F’dan ir-Randan ftakkru f’xi ħadd li għandu bżonn jew semmu xi problema li ltqajtu magħha u itolbu fuqha qabel l-ikel fil-għaxija.

·             Fil-familja tagħkom agħllmu lill-uliedkom fuq il-festi speċjali li jinstgħabu fir-Randan u ippruvaw iċċelebrawhom sew b’ikel tradizzjonali jew drawwiet.

·             Itfu t-TV wara l-ikel u kunu preżenti għal xulxin, hemm bżonn ħin kwalitattiv flimkien. Aqsmu flimkien dak li ġara matul il-ġurnata, idħqu flimkien, aqraw flimkien, tkellmu fuq il-valuri li huma importanti għalikom, għall-familja jew il-komunità li tinsabu fiha.

·             Aħsbu fil-foqra, f’dawk li huma waħedhom jew bi bżonnijiet speċjali u għinu fejn hemm bżonn sew ma’ uliedkom, jew il-komunità kollha tagħkom.

·             Agħmel spring-cleaning ġod-dar jew f’kamartek, tixtrix affarijiet bla bżonn jew żejda.

 

Għad-Dinja

·             Ixgħel xema mal-familja jew komunità tiegħek u aħseb ftit fuq il-popli kollha speċjalment dawk li huma morda, foqra, abbandunati, li jħossuhom waħedhom.

·             Offri flimkien mal-familja jew komunità tiegħek il-weġgħat u d-diżappunti tagħkom għat-tfal tad-dinja kollha li qed isoffru xi abbuż, jew il-ġuħ.

·             Fuq kollox itolbu għal paċi fid-dinja.

 

Mitbugħa u adattata mir-Rivista Take Out – Frar 2008 – Anna Marija Fenech