KIF TGĦIX U TĦOBB AĦJAR

U JKUN TAJJEB GĦAL QALBEK

Anna Marija Fenech

 

 

ĦAMES MODI KIF IŻŻOMM QALBEK B’SAĦĦITHA (mingħajr ‘jogging’)

Il-qalb tagħna tal-laħam hija muskolu, u biex inżommuha b’saħħitha għandna nħaddmuha u nibnuha tajjeb bħal kull muskolu ieħor f’ġisimna. Iżda qalbna m’għandniex narawha bħala muskolu biss iżda bħala l-bieb miftuħ ta’ ruħna. Hawnhekk se ssib ħames modi kif inti tista’ żżomm qalbek spiritwalment b’saħħitha, miftuħa għal kullħadd u mimlija mħabba.

 

Iżżomx f’qalbek

Kulħadd jaf kemm hu tajjeb li wieħed jonqos mil-piż biex iżomm qalbu b’saħħitha. Meta ma nibqgħux inżommu f’qalbna għal xiħadd li forsi weġġgħana jew iġġieled magħna, qalbna tkun iktar ħafifa u l-istress jitlaqna. Li nżommu f’qalbna huwa piż żejjed li jtaqlilna moħħna u jwebbsilna qalbna. Dan mhux tajjeb għal ħajjitna. Meta ma naħfrux lil min ikun, jista’ jkun tal-familja jew il-ġar, jew tax-xogħol jew anki lil xi sewwieq li ma tagħniex id-dritta – dan kollu jista’ jtaqqal u jikklottja lil qalbna iktar minn “cheeseburger” biċ-ċips. Il-maħfra tgħin lil qalbna tiħfief u lil moħħna jistrieħ.

 

Eżerċizzju fil-gratitudni

Meta kollox ikun miexi sew, huwa faċli li wieħed jieħu kollox “forgranted” b’dak li għandu. Meta xejn ma jkun miexi sew malajr wieħed jiffoka fuq dak li m’għandux. Li wieħed jirrejalizza ta’ kuljum il-barkiet li għandu mhux eżerċizzju faċli. Kuljum poġġi bilqegħda mal-familja tiegħek qabel l-ikel jew qabel ma torqdu u flimkien iktbu ħames affarijiet għal x’hiex għandkom tkunu grati. Jekk xejn ma jiġikom f’raskom, kunu grati li qalbkom għadha tħabbat.

 

Eżerċita lill-kopptejk

Inżel u itla’, inżel u itla’. Xejn ma jżomm lil qalb b’saħħtha iktar milli meta timmedita u tikkontempla għarkopptejk waqt it-talb. Filwaqt li b’dan il-mod tniżżel il-pressjoni fl-istess ħin offri kollox lil Alla. Offri talb ta’ ringrazzjament, itlob petizzjonijiet għal ħutek il-bnedmin u faħħar lil Alla f’kollox.

 

Neħħi l-istress fil-waqt li tistrieħ

Wara kull eżerċizzju wieħed għandu jieqaf u jistrieħ għal ftit minuti jew kemm hemm bżonn. Għati ċans biex tieqaf mix-xogħol li tkun qed tgħamel u kkalma. F’dak il-mument tgħamel xejn. Ħalli lil ħaddieħor jaqdik hu għal mument (tih ċans jgħamel xi ħaġa tajba għalik). It-teologu Douglas John Hall jgħidilna, “Għandna nistrieħu biex intiru”. Wara kollox, Alla wkoll straħ fis-seba’ jum.

 

Vitamini

Ħadd m’għandu bżonn ta’ trainer personali meta dan jaf li teżisti regola unika – agħmlu dak li tixtiequ li jagħmlu lilkom. Mhux dejjem huwa faċli, iżda il-benefiċċji li wieħed jista jikseb meta jgħamel dan huma imprezzabbli. Din tgħin lil qalb spiritwalment u tgħamel lil bniedem iktar b’saħħtu. Ħadd ma jixtieq li xi ħadd iweġġgħu bil-kliem jew b’xi għemil, li xi ħadd ma jagħtix kasu jew jonqsu mir-rispett. Iżda kulħadd jixtieq li jkun maħbub u rrispettat. Li kieku kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jipprova jifhem lil dak li jkun, kieku qalbna tkun iktar soda u b’saħħitha spiritwalment. Ejjew inkunu qalbna tajba ma’ kulħadd, nirrispettaw lil kulħadd, nagħmlu ħwejjeġ tajba lil ta’ madwarna, nagħtu kumpliment, nqawwu qlub xulxin. Mhux kliem biss iżda aġixxi.

 

Mantni qalb il-familja tiegħek

·            Xi studji li saru wrew li meta wieħed iżomm id f’id il-qalb tikkalma u tibda tħabbat ħames battuti fil-minuta. Fil-familja tagħkom meta tinġabru biex tieklu, aqbdu idejn xulxin u għidu t-talba ta’ qabel l-ikel jew aqbdu idejn xulxin anki waqt li taraw it-TV flimkien.

·            Sibu ħin u orqdu daqxejn wara nofsinhar. Din tgħinkom biex tiffaċċjaw aħjar il-kumplament tal-ġurnata. Għallmu lit-tfal li dak hu ħin għal mistrieħ u li mhux dejjem tista’ ssibu.

·            Il-Vitamina D turina li tista’ tgħina biex inżommu qalbna b’saħħitha. Ix-xemx faċli tista’ tagħtina din il-vitamina. Huwa tajjeb li flimkien toħorġu ftit u tgħamlu mixja meta x-xemx tkun għadha mhix daqshekk taħraq. Irringrazzjaw lil Alla għax-xemx, għad-dawl u għas-sħana li tagħtina. Ħudu gost li qegħdin flimkien. Gawdu lil xulxin.