KULĦADD HUWA IMPORTANTI

Anna Marija Fenech

 

Darba waħda, fl-ewwel xahar fil-kulleġġ, il-professur ta’ Mark qassam lill-istudenti karta b’mistoqsijiet qosra. Mark kien student ħabrieki u attent, ħares lejn il-mistoqsijiet kollha inkluża dik tal-aħħar: “X’inhu l-ewwel isem tal-mara li tnaddaf il-kulleġġ?” Żgur li din kienet ċajta! Huwa rah din il-mara ħafna drabi. Kienet twila, xagħrha iswed u kellha fuq il-ħamsinijiet, imma kif seta’ jkun jaf isimha? Meta wieġeb il-mistoqsijiet hu taha l-karta bl-aħħar mistoqsija mingħajr tweġiba.

                                                       

Hekk kif spiċċat il-lezzjoni, wieħed mill-istudenti saqsa jekk l-aħħar mistoqsija kienetx tgħodd fil-grad. “U żgur”, qabeż il-professur. “Fil-karrieri tagħkom ser tiltaqgħu ma’ ħafna nies. Kollha huma sinnifikanti.Kollha huma importanti. Kollha jixirqilhom l-attenzjoni tagħkom, anki jekk kull ma tagħmlu hu li titbissmulhom u tgħidulhom ‘hello’.

 

Mark qatt ma nesa dik il-lezzjoni. Huwa tgħallem ukoll li dik il-mara kien jisimha Dorothy.