ILQGĦA LIL ĠESÙ FUQ IL-MEJDA TAGĦKOM TAL-GĦID

Anna Maria Fenech 

 

Ixgħel xema’ mdaqqsa u ta’ kulur abjad f’nofs il-mejda tal-kamra fejn tieklu bħala sinjal li Kristu huwa d-dawl tad-dinja. Huwa rebbieħ, rebaħ anki lil mewt.

 

Jekk għandek xi weraq tal-palm, forsi erfajthom f’Ħadd il-Palm, poġġihom f’xi vasun twil flimkien ma’ xi bajd tal-Għid ikkulurit u għamilhom ħdejn ix-xema’.

 

Inġabru flimkien madwar il-mejda, żommu idejn xulxin u itolbu f’isem Ġesù qabel ma tieklu l-ikla tal-Għid. Ftakru fejn tnejn jew tlieta huma miġburin f’isem Ġesù, Hu jkun f’nofshom.

 

Jekk għandkom il-mistednin għall-ikla tal-Għid itlobhom iġibu xi bott tal-ikel bħal piżelli, fażola, tadam eċċ., u flimkien għamlu basket mimli u tuh xi istitut tat-tfal.

 

Irringrazzjaw flimkien lil Alla għal tant grazzji li taqilgħu.