KIF TISTA’ TKUN SINĊIER/ONEST MA’ ĦBIEBEK

(ARTIKLU ADATTAT GĦALL-ADOLEXXENTI U ŻGĦAŻAGĦ)

Anna Marija Fenech

 

Il-Bibbja tgħidilna li hu importanti li nkunu sinċieri/onesti. Il-verità hija l-ikbar pedament tal-Bibbja. Iżda ħafna drabi mhux faċli li wieħed ikun onest/sincier. L-onestà/sinċerità tista’ tkun faċli meta nkunu f’mumenti diffiċli jew perikolużi, iżda ħafna żgħażagħ isibuha diffiċli f’dawk il-mumenti żgħar fil-ħajja ta’ kuljum. Huwa tajjeb li lit-tfajla tiegħek tgħidilha li dik il-libsa ma tixirqilha xejn? Lest li tigdeb lil ħabibek biex tidher sabiħ f’għajnejh? Lest li tgħid lil ħabibek li t-tfajla tiegħu togħġbok, meta fil-verament lilek ma tolqtokx? Iva, li tkun sinċier mhu faċli xejn.

 

 

Agħmel mistoqsijiet lilek innifsek

Il-verità tista’ tweġġa’, iżda għandek bżonn issaqsi lilek innifsek x’konsegwenzi jistgħu iġibu l-gideb tiegħek. Aħseb ftit x’jixtieq Alla minnek, proprju, Alla xi jridek tgħamel. Inkella iktar minnhekk, kieku Alla kien flokok x’kien jagħmel ma’ ħbiebek? Alla kien ikun sinċier. Aħseb ukoll xi jkun aħjar għalik, li togħġob lil ħbiebek għal dik is-siegħa? Jew li tirbaħ il-fiduċja ta’ ħbiebek għal għomrok kollu?

  

Kif tista’ tgħamlu dan?

Ħafna min-nies japprezzaw li wieħed ikun sinċier magħhom, mbasta din issir b’rispett u kura. Għalkemm xi kultant ikun hemm bżonn li dak li jkun jgħidha kif iħossha, din tista’ tweġġgħa u ġġib sitwazzjonijiet diffiċli. Għandna nitgħallmu nkunu attenti kif npoġġu kliemna u din mhiex ħaġa faċli. Qabel ma tgħati l-ħsieb tiegħek dejjem iftaħ b’dan il-kliem: “Ma nixtieqx inweġġgħek bi kliemi, iżda....” jew, “Għandi bżonn nkellmek, jekk jogħġbok ismagħni ftit...” B’dan il-kliem int qed turi lil ħabibek li għalkemm se tgħidlu xi ħaġa li tista’ ma ddoqqx għal widnejh xorta qed turih li int qed tgħamlu dan għax jimpurtak minnu u mhux b’nuqqas ta’ mħabba.

  

Kif se ġġorr il-konsegwenzi?

Il-biża’ kif wieħed jista’ jirrejaġixxi għal verità tista’ tkun il-kaġun li ħafna miż-żgħażagħ insara jsibuha diffiċli biex jattwawha u għalhekk huma jgħidu ħafna gideb żgħir dak il-gideb li bl-Ingliż jgħidulu ‘white lies’. Jibżgħu li ħbiebhom jgħajtu magħhom, jiġġieldu magħhom u ma jkellmuhomx aktar. Iżda fil-fond ta’ qalbek x’inhu l-aħjar? Li tgħoġob lil Alla? Jew li togħġob lil ħabibek? Irrejalizza li forsi ħbiebek għal bidu jistgħu veru jirrabbjaw iżda wara jindunaw li int kont sinċier magħhom għax tħobbhom u tixtieqilhom il-ġid ta’ ħabib ta’ veru. Dan iġalhom jifhmu min hu veru il-ħabib tagħhom. Wara kollox jekk xi ħabib ma jgħaddilux, evalwa ftit kinitx b’saħħitha dik il-ħbiberija jew kinitx ħbiberija sinċiera.