IRRIFLETTI MAL-FAMILJA TIEGĦEK FIR-RANDAN

Anna Marija Fenech

 

AQSAM

Waqt ir-Randan, aħna niġu mfakkra li dawk kollha li jemmnu huma magħqudin f’ġisem wieħed, f’dak ta’ Ġesù, msallab, mejjet u mqajjem. Tkellmu flimkien x’hemm speċjali fil-familja tagħkom u fil-familja komunitarja tal-parroċċa tagħkom.

 

Waqt ir-Randan, aħna nisimgħu l-Iskrittura fejn hemm l-istorja ta’ Ġesù ttantat fid-deżert. Ħuduha wieħed wara l-ieħor u irrakkuntaw meta intom ġejtu ttantati fuq xi ħaġa u x’għamiltu wara.

 

Waqt ir-Randan, nisimgħu ħafna stejjer fl-Iskrittura fuq il-maħfra u fuq kif għandna ngħinu lil bnedmin. Aqsmu ħin flimkien u tkellmu dwar meta ippruvajtu tgħixu dan il-messaġġ ta’ maħfra u ta’ meta ippruvajtu tgħinu lil ħaddieħor.