Lil Hinn mit-‘Texting’

Ħames Punti għal Komunikazzjoni Aħjar f’Familja Mħabbta

 

Anna Maria Fenech

 

Meta t-tfal u l-adolexxenti tagħna jmorru lura l-iskola jew il-kulleġġ wara kull vaganza, il-ħajja tal-familja tagħna terġa’ ssir kif jgħidu l-ingliżi ‘hectic’. Huwa mportanti li l-familja tistabbilixxi żmien u ħin għal komunikazzjoni tajba bejn il-ġenituri u t-tfal. Għalkemm għandna ħafna oġġetti teknoloġiċi li jistgħu iżżomuna f’komunikazzjoni kontinwa, qed insibu li xorta waħda qisu ma għandniex ċans nikkomunikaw tajjeb ma’ uliedna. Huwa ukoll faċli ninsew li uliedna iktar ifittxu u jixtiequ dik il-komunikazzjoni antika li minn dejjem kienet teżisti – dik ta’ li tisma’ u titkellem.

 

1.          Għamel użu tajjeb mill-ħin li tkunu flimkien

Ħafna mill-ġenituri jwasslu lil uliedhom l-iskola filgħodu jew għal xi privat bil-karozza, flok tisimgħu d-diski jew ir-radju, itfu u isimgħu u tkellmu ma’ wliedkom. Dak jista’ jkun ħin tajjeb biex taqsmu ħsibijiet flimkien.

 

2.          Ftakkru – tkellmu fuq is-sabiħ tal-ġurnata ta’ kuljum

Xi kultant meta il-familja tkun imħabbta il-ġenituri jindunaw li iktar jitkellmu ma’ wliedhom fuq xi jmiss li jsir jew meta jinqala’ xi problema s’intendi negattiva. Dan mhux sew għax it-tifel jew l-adolexxent jaħseb li l-ġenituri jinteressahom li jitkellmu miegħu biss meta jinqala’ l-inkwiet. Nitgħallmu nitkellmu wkoll fuq is-sabiħ tal-ħajja ta’ kuljum.

 

3.          Insibu ħin li nieklu flimkien regolarment

U nitfgħu dak l-imbierek ta’ TV! Għal menu sakemm nieklu. Nippruvaw nżommu mqar waħda mil-ikliet ta’ kuljum, biex ninġabru l-familja kollha. Din tgħin ħafna lil familja kollha mil-kbar sa ż-żgħar, tgħin fl-istudji ta’ l-iskola, tnaqqas ukoll d-dippressjoni u l-użu tad-droga qalb iż-żgħażagħ tagħna u tagħti sens ta’ appartenenza f’dik il-familja. Hemm ħafna ċans ta’ komunikazzjoni tajba meta ninġabru biex nieklu flimkien.

 

4.          Żommu kuntatt ma’ dawk li jkunu ma’ wliedkom kuljum

Ħudu l-opportunità li titkellmu mall-għaliema jew katekisti ta’ wliedkom meta tiġu mistednin f’xi laqgħat jew fejn tistgħu għamlu appuntamenti magħhom biex titkellmu fuq uliedkom. Dawn jagħmlu sigħat ma’ wliedkom u jsiru jafuhom tajjeb. Barra li anki intom tkunu tafu li kollox miexi sew, dan jagħmel tajjeb fl-interess ta’ wliedkom.

 

5.          Itolbu flimkien

Ibdew minn meta wliedkom jkunu żgħar u ibqgħu sibu ħin flimkien anki meta jikbru. Meta l-familja tagħkom tkun qrib Alla, anki intom tibqgħu qrib ta’ xulxin ,jiġri x’jiġri, anki meta għal xi raġuni jew oħra, jew minħabba xi ċirkustanza jew oħra ma tibqgħux daqshekk flimkien.